Il-Ministru Alfred Portelli jiltaqa' mal-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Persuni b'Dizabilita'
Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, illum kellu laqgha ma' delegazzjoni mill-Kummissjoni ghall-Persuni b'Dizabilita' mmexxija mill-President, Dr. Sylvia Zrinzo. F'diskors li ghamel il-Ministru qal li l-Gvern huwa mpenjat biex jaghmel dak kollu possibbli biex persuni bi bzonnijiet specjali jigu integrati fis-socjeta'.
Huwa qal li bhala Ministru ghad-Djar qieghed jaghti prijorita' biex fil-bini tad-djar tal-Gvern ma jkunx hemm xkiel ghal dawn il-persuni, izda jkun hemm il-facilitajiet ta' accessibilita' u manuvrabilita' kemm gewwa u anke barra l-bini fejn jghixu. Huwa qal li l-Gvern huwa kommess li jara li dawk in-nies bi bzonnijiet specjali jkollhom l-appogg mehtieg biex jghixu indipendentement u jkollhom l-opportunitajiet biex ikunu aktar utli fis-socjeta'.
Ir-rapprezentanti tal-Kummissjoni prezenti ressqu diversi proposti bil-ghan li jkomplu jitjiebu s-servizzi offruti mill-Ministeru tad-Djar favur il-persuni bi htigijiet specjali.Huma talbu li jkun hemm revizjoni ta' l-iskemi ta' ghajnuna offruti mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Socjali, l-aktar dik maghrufa bhala HD 13.
Huma talbu wkoll biex l-accessibilita' f'bini tal-Gvern tkun dejjem u kullimkien. Kien hawnhekk li gie propost li delegazzjoni mill-Kummissjoni tiltaqa' mad-Direttur tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar u l-Periti tieghu bil-ghan li dawn jigu familjarizzati mal-htigijiet ta' persuni b'dizabilita'.Din il-proposta ntlaqghet.
Tressqet ukoll proposta ohra biex jibda jidhol il-kuncett ta' supportive living, l-aktar fejn hemm persuni b'dizabilita' mentali bil-ghan li dawn ikunu jistghu jinghataw djar tal-Gvern u jkunu jistghu jghixu hajja normali bl-appogg mehtieg. Issemmew ukoll il-kaz ta' anzjani li, minhabba l-istrutturi li qed jghixu fihom, jinsabu letteralment prigunieri f'darhom.
Fl-ahharnett saret proposta biex il-Kummissjoni tkun rapprezentata fil-Bord ta' l-Awtorita' tad-Djar.
Il-Ministru bi twegiba talab lill-Kummissjoni biex taghmel rapport bil-proposti taghha fid-dawl tal-politika tal-Gvern kif imfissra fil-programm elettorali u anke fid-dawl ta' dak li intqal fid-diskors tal-Budget fejn tidhol l-Awtorita' tad-Djar.
L-Awtorita' tad-Djar infatti se tkompli bl-iskemi li kellha u qieghda tippjana skemi u kriterji li jirriflettu ahjar il-qaghda tal-lum. Huwa qal li kien jinsab konxju mill-htigijiet kbar ta' dawn il-persuni. Huwa qal li bizzejjed wiehed jghid li quddiem id-Dipartiment hemm 279 applikazzjoni ghall-akkomodazzjoni alternattiva minn familji li ghandhom xi membru b'dizabilita'.
Prezenti ghal-laqgha kien hemm ukoll ic-Chairman tal-Kummissjoni s-Sur Joe Camilleri, kif ukoll is-Sur Alfred Bezzina, Direttur u s-Sur Edgar Galea Curmi membru ta' l-Istaff. Ghan-naha tal-Ministeru kien hemm prezenti s-Sur Alfred Fiorini Lowell, Segretarju Permanenti, is-Sur Carmel Esposito, Direttur tad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Socjali, is-Sur Anton Camilleri, Direttur tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar u s-Sur Victor Sciberras Grioli, General Manager ta' l-Awtorita' tad-Djar, Dr. Stefan Buontempo, Konsulent u s-Sur Michael Micallef, Assistent Personali.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901