Left arrow Mur Lura

Il-Ministru Portelli jiltaqa' mal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa

pr0054
Date Icon 14/01/1997

Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, illum kellu laqgha ma' delegazzjoni mill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa, mmexxija mill-President is-Sinjura Cecilia Xuereb. Din kienet wahda minn sensiela ta' laqghat li l-Ministru qieghed ikollu ma' ghaqdiet nazzjonali u korpi kostitwiti bil-ghan li jsiru maghrufa ahjar il-htigijiet tad-diversi setturi tas-socjeta' l-aktar fil-qasam ta' housing socjali.

F'diskors introduttiv, il-Ministru fisser ix-xoghol li qieghed jitwettaq biex tittaffa l-problema tad-djar fil-pajjiz u anke dwar il-pjani futuri li qeghdin jithejjew. Huwa qal li qieghed jaghti importanza kbira lill-aktar problemi akuti ta' "housing" l-aktar fejn jidhlu nisa imsawta u xebbiet li huma ommijiet. Huwa kompla jghid li skond l-ahhar statistika quddiem id-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Socjali hemm 35 applikazzjoni minn nisa msawta u 285 applikazzjoni minn nisa separati. Huwa temm billi stieden lill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa biex jaghmel stharrig dwar il-htigijiet tan-nisa fuq akkomodazzjoni socjali u biex iressqu l-proposti taghhom.

Il-President tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa, is-Sinjura Xuereb semmiet il-htiega biex djar battala tal-privat jibdew jigu utilizzati, biex nies anzjani jinghataw djar xierqa ghall-bzonnijiet taghhom. Hija semmiet ukoll proposti ohra biex il-qaghda tan-nisa fejn jidhol "housing" tkompli titjieb.

Fi tmiem il-laqgha kien hemm qbil biex jinholoq kuntatt bejn il-Kunsill u d-Dipartimenti li jaqghu taht il-Ministeru ghad-Djar bil-ghan li jkun hemm bdil kontinwu ta' informazzjoni. Il-Ministru imbaghad ipprezenta bukkett tal-fjuri lis-Sinjura Xuereb bhala turija ta' apprezzament ghall-hidma li qieghed iwettaq il-Kunsill.

Prezenti f'din il-laqgha, li saret fil-Ministeru, kien hemm ghan-naha tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa s-Sinjuri Jane Spiteri, Vici-President, Ninette Borg Grech, Vici-President, Roseanne Bonnici, Segretarja Onorarja u Agnes Melillo, Tezorira Onorarja.

Ghan-naha tal-Ministeru kien hemm prezenti s-Sur A. Fiorini Lowell, Segretarju Permanenti, Dr. Stefan Buontempo, Konsulent, is-Sur Carmel Esposito, Direttur tad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Socjali, is-Sur Victor Grioli, General Manager ta' l-Awtorita' tad-Djar u s-Sur Michael Micallef, Assistent Personali tal-Ministru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow