Left arrow Mur Lura

Bord ta' Inkjesta - Divizjoni ta' l-Edukazzjoni

pr0050
Date Icon 13/01/1997

Is-Segretarju Permanenti bil-kunsens tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali hatar Bord ta' Inkjesta sabiex imexxi inkjesta fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni dwar:-

(a) L-operat tas-sezzjonijiet maghrufa bhala 'Schools Maintenance Unit' u 'Stores Section' fi hdan id-Dipartiment tal-Finanzi u Amministrazzjoni

(b) L-imgieba ta' l-impjegati f'dawn is-sezzjonijiet specjalment f'dak li jirrigwarda l-attendenza, il-produttivita' u l-uzu ta' materjal (stores and equipment)

(c) Is-sistemi u proceduri li jezistu f'dawn is-sezzjonijiet

(d) Kull haga ohra li taqa' taht jew hi konnessa mal-funzjonijiet ta' dawn is-sezzjonijiet li l-Bord jidhirlu li ghandu jinvestiga jew li l-Ministru u/jew is-Segretarju Permanenti jirreferu lill-Bord

Fl-istharrig tieghu, il-Bord ghandu jzomm quddiem ghajnejh il-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet li saru f'dan ir-rigward fir-rapport tal-Konsulent, is-Sur J.R. Aquilina.

Fil-kaz li jirrizulta mill-istharrig tal-Bord li saru jew qed isiru xi irregolaritajiet fl-operat ta' dawn is-sezzjonijiet jew sezzjonijiet ohra tad-Dipartiment, il-Bord ghandu jaghmel rakkomandazzjonijiet (jekk ihoss il-bzonn qabel ma jaghmel ir-rapport finali) dwar il-passi, inkluz passi dixxiplinarji, li ghandhom jittiehdu u dwar kif l-interessi tal-gvern ghandhom jigu mharsa.

Il-Bord ghandu jaghmel ukoll dawk ir-rakkomandazzjonijiet li jidhirlu xierqa sabiex l-organizzazzjoni, l-operat u l-mekkanizmu ta' kontroll jistghu jitjiebu bil-ghan li l-operat ta' dawn l-oqsma jkun aktar effettiv, produttiv u ekonomiku. Il-Bord ghandu jaghti r-rapport tieghu lill-Ministru u lis-Segretarju Permanenti mhux aktar tard mill-15 ta' Frar, 1997.

Il-Bord ser ikun kompost minn:

Chairperson: Philip Borg - Senior Principal (Education Division)

Joe Tanti - Principal (Department of Corporate Services, Ministry of Education and National Culture)

John Sant - Principal (Ministry of Education)

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow