Punti minn Konferenza Stampa moghtija mill-Onor. Helena Dalli, Segretarju Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru dwar il-Kampanja ghal Izjed Nisa Kunsilliera
L-Elezzjonijiet Generali ghadhom kif ghaddew. Ghadna kif hrigna minn kampanja elettorali u qeghdin nippreparaw ohra - dik ghall-elezzjonijiet tat-22 Kunsill Lokali fit-8 ta' Marzu 1997. Din il-gurnata ser tahbat tajjeb mac-celebrazzjonijiet li jsiru mad-dinja kollha biex jitfakkar Jum il-Mara, gurnata meta tinghata mbuttatura ohra fil-mixja lejn l-ugwaljanza vera bejn in-nisa u l-irgiel madwar id-dinja kollha.
L-iskop ta' din il-Konferenza Stampa huwa li naghtu bidu ghal kampanja biex ninkoraggixxu aktar nisa Maltin jikkuntestaw dawn l-elezzjonijiet. B'hekk tikber il-possibilita ta' numru ikbar ta' nisa li jigu eletti bhala kunsilliera. Dan huwa pass iehor fis-sensiela ta'mizuri li l-Gvern ha fil-ftit zmien li ilu jmexxi l-pajjiz.
Il-politika tal-Gvern prezenti hija wahda cara rigward il-pozizzjoni tan-nisa fis-socjeta taghna. Dik li jinvolvi izjed nisa f'kull livell u f'kull qasam, kemm ekonomiku, politiku u socjali, specjalment fejn il-prezenza taghhom hija minima. Din il-politika diga qed tigi fis-sehh.
Rajna kif l-istruttura nazzjonali li tippromwovi l-interessi partikulari tan-nisa nghatat status aktar importanti bit-twaqqif tas-Segretarjat Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa fi hdan l-Ufficcju tal-Prim Ministru,
Il-hatra ta' Speaker Mara ghall-ewwel darba fl-istorja ta' Malta,
Il-hatra ta' numru sostanzjali ta' nisa fuq bordijiet u kumitati mahtura mill-Gvern.
Fi ftit xhur ghalkemm mhux kollha kostitwi, l-percentwal ta' nisa fuq dawn l-istrutturi zdied minn 9.64% ghal 21.44%.
Bla dubju ta' xejn, il-fatt li numru sostanzjali ta' nisa kapaci qeghdin jinghataw spazju biex jahdmu fuq livelli fejn jittiehdu d-decizzjonijiet ser jghin biex jinholqu role models godda li joffru nkoraggament lil nisa ohra biex jithajjru jersqu 'l quddiem sabiex jaghtu sehemhom, huma wkoll. Mhux biss, imma dawn in-nisa qeghdin jintroduci l-prespettiva femminili tant nieqsa imma tant mehtiega f'dawn l-oqsma.
Permezz ta' din il-kampanja, ahna tas-Segretarjat Parlamentari nixtiequ l-ewwelnett naghtu l-appogg taghna lil nisa li diga ddecidew jew li qeghdin jahsbu biex jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fuq it-22 lokalita f'Malta u f'Ghawdex. Ser issir laqgha mal-kandidati hekk kif tohrog il-lista tan-nomini sabiex nisimghu minn ghandhom xi problemi li jistghu jkollhom u kif nistghu nghinuhom. Ghal dan il-ghan fid-Dipartiment ta' l-Ugwaljanza tan-Nisa ser ikun hemm focal point biex tilqa' u tghin lill-kandidati nisa fil-kampanja taghhom, specjalment f'dak li jirrigwardja informazzjoni.
Din il-laqgha toffri wkoll l-okkazjoni lill-kandidati biex jiddiskutu issues komuni u jsiru jafu aktar lil xulxin. Dan ghandu jghin biex bejn il-kandidati jinholqu n-networks necessarji u bzonnjuzi li jistghu jissarrfu f'appogg reciproku.
Is-Segretarjat sejjer ukoll jorganizza seminar ghan-nisa kandidati fejn jigi diskuss l-ippjanar ta' kampanja elettorali, inkluz l-aspett ta' komunikazzjoni ma' l-elettorat tal-komunita' taghhom.
Min-naha l-ohra, is-Segretarjat, bil-koperazzjoni tal-mezzi tax-xandir u ta' diversi ghaqdiet u entitajiet, fosthom ghaqdiet tan-nisa, trade unions, l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u sindki u kunsilliera nisa, nahdmu biex inqajmu izjed kuxjenza dwar il-htiega li jkun hemm rapprezentanza xierqa ta' nisa fuq il-Kunsilli Lokali. Il-Kunsilli Lokali kienu qasam politiku fejn in-nisa Maltin mill-ewwel ippartecipaw b'numru sostanzjali b'rizultati nkoragganti.
Naghlaq din il-Konferenza Stampa billi nerga' nappella lin-nisa ghall-participazzjoni aktar qawwija fin-numru ta' nisa kandidati, li jawgura rizultati dejjem izjed pozittivi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901