Stqarrija mid-Divizjoni tas-Sahha dwar mikrobu fl-I.T.U.
Id-divizjoni tas-Sahha tirreferi ghal-rapporti f' sezzjoni ta' l-istampa dwar il-prezenza ta' mikrobu perikoluz fl-ITU ta' l-Isptar San Luqa. Filwaqt li l-MRSA (Methycillin Resistant Staphylococcus Aureus) gie izolat (colonization) ma jfissirx li xi pazjenti qed isofru minn konsegwenzi. Qed jittiehdu l-mizuri kollha biex il-prezenza ta' dan il-mikrobu ma tikkumplikax ruhha u ssir infezzjoni. Bhal kazijiet ohra fil- passat,
il-prezenza tal-MRSA hija konnessa ma' kura intensa u kumplessa bhal dik li tinghata fl-ITU.
Din it-tip ta' infezzjoni mhix eskluza ghall-Isptar San Luqa. Anzi hija aktar komuni fi sptarijiet rinomati barra minn xtutna. Fil-fatt f'hafna minn dawn l-isptarijiet, il-problema tant kibret li din l-infezzjoni tigi kunsidrata bhal wahda ta' rutina.
Id-Dipartiment qieghed jiehu l-istess mizuri ta' kontroll bhal ma dejjem ha fil-passat. Dawn il-mizuri huma ko-ordinati mill-Infection Control Unit.
Dawn il-kazijiet ta' MRSA huma konnessi ma' kazijiet ta' mard gravi u li jkunu jinhtiegu kura b' antibijotici qawwija. Tajjeb jinghad li "screening" intensiv ta' l-istaff ghal dan il-mikrobu sa issa dejjem ta rizultati negattivi.
Hija prekawzjoni ragonevoli li f' sitwazzjoni simili kirurgija elettiva li ma tkunx urgenti u li tkun tirrikjedi rikoveru temporanju fl-ITU tigi posposta. Kazijiet ta' emergenza li jkunu jirrikjedu kura intensiva, jiddahlu fl-ITU ghall-kura mehtiega.
Ta' min jghid li ghalkemm l-MRSA huwa mikrobu rezistenti, dan jista' jinqered permezz ta' antibijotici maghrufa bhala "third line antibiotics" li kollha huma disponibbli fl-Isptar San Luqa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901