Franza f'koperazzjoni ma' Malta fis-settur tat-toroq u ta' l-ilma
L-Ghajnuna ta' Franza fis-settur tat-toroq u fis-settur ta' l-ilma giet diskussa f'laqgha li l-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, il-Perit Charles Buhagiar kellu ma' l-Ambaxxatur Franciz l-E.T. Patrick Amiot.
Il-Ministru Buhagiar spjega kif Malta ghandha bzonn ta' nies professjonali li jispecjalizzaw fil-kostruzzjoni tat-toroq. Huwa qal li l-hsieb tal-Gvern prezenti hu li jgib nies minn barra biex jghinu lid-Dipartiment tat-Toroq u fl-istess hin irawwmu lin-nies Maltin f'dan il-qasam. Dan il-progett ghandu jigi fis-sehh matul din is-sena stess.
L-Ambaxxatur Franciz minn naha tieghu qal li Franza ghandha hafna x'toffri f'dan il-qasam u lesta li tghin lill-Malta sew fil-qasam tat-toroq kif ukoll fil-qasam tal-ilma.
Il-Ministru Buhagiar qal li l-Konferenza dwar l-Immaniggjar tal-Ilma li huwa attenda f'Novembru li ghadda, fi Franza fethet hafna bibien godda t'ghajnuna fil-qasam ta' l-ilma. Huwa qal li diga nghata bidu ghat-thejjija tal-Master Plans ghall-uzu ta'l-ilma tat-tieni klassi inkluz l-ilma tax-xita. L-Ambaxxatur Franciz qal li huwa jinsab cert li Malta ser issib hafna ghajnuna permezz ta' assistenza teknika minn Franza. Huwa stieden lill-Ministru Buhagiar biex fil-futur qarib jergghu jiltaghu halli jiddiskutu aktar fid-dettal il-ko-operazzjoni bejn iz-zewg pajjizi.
Suggetti ohra li gew diskussi f'din il-laqgha kienu c-Centru ta'Ricerka ghall-Industrija tal-Bini u l-Immaniggjar tal-Iskart tal-Kostruzzjoni. Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm ukoll is-Sinjura Margaret Pace Bonello mill-Ambaxxata Franciza f'Malta.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901