Left arrow Mur Lura

Diversi Ambaxxaturi jaghmlu zjarat ta' kortesija lill-Ministru ta' l-Industrija

pr0027
Date Icon 09/01/1997

Il-Kummissarju Gholi ghar-Renju Unit, l-Eccellenza Tieghu Mr. Graham Archer, illum ghamel zjara ta' kortesija lill-Onor. Ministru ta' l-Industrija, Dr. John Attard Montalto. F'din il-laqgha l-Ministru spjega l-importanza li dan il-Gvern qieghed jaghti lill-ekonomija bilancjata bbazata fuq l-industrija tal-manifattura, is-servizzi finanzjarji, u servizzi ohra, partikolarment it-turizmu. Fuq l-industrija, l-Avukat Attard Montalto qal ukoll li l-politika tal-Gvern hija bbazata fuq bilanc bejn investiment barrani dirett u investiment lokali.

L-E.T. Graham Archer offra l-ghajnuna ta' pajjizu f'diversi oqsma, b'referenza partikolari ghad-Dikjarazzjoni ta' Barcellona, f'liema Dikjarazzjoni gew imwieghda 5.5 biljun ECU fil-programm M.E.D.A.

F'din il-laqgha giet diskussa wkoll l-importanza ekonomika ta' l-intraprizi ta' daqs zghir u medju, maghrufa ahjar bhala SMEs, u kif dawn l-intraprizi jistghu jinghataw ghajnuna sabiex jissahhu.

Gew diskussi wkoll l-istandards fl-industrija. L-E.T. Mr. Archer semma kif ir-Renju Unit kien pijunier fl-izvilupp ta' standards industrijali. Issa li twaqqfet il-Malta Standardisation Authority, Mr. Archer offra l-appogg ta' pajjzu f'dan il-qasam ukoll.

Din il-laqgha kienet wahda minn sensiela ta' laqghat ta' kortesija li l-Ministru Attard Montalto kellu ma' diversi Ambaxxaturi fosthom ma' l-E.T. Giorgio Boggio, Ambaxxatur ta' l-Unjoni Ewropea, mas-Sur Charles N. Patterson JR, Charges d'Affaires fl-Ambaxxata ta' l-iStati Uniti, ma' l-E.T. Farouk Ladjimi, l-Ambaxxatur Tunezin f'Malta, ma' l-E.T. Josè Manuel Cervera de Gongora, Ambaxxatur Spanjol, ma' l-E.T. Yu Wuzhen, Ambaxxatur tac-Cina, u ma' l-E.T. Surendra Kumar, Kummissarju Gholi ta' l-Indja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow