Jibda programm ta' familjarizzazzjoni mal-Kunsilli Lokali
Kull xoghol gdid li jghaddi taht ir-responsabbilta' tal-Kunsilli Lokali irid ikun fi stat tajjeb ta' infrastruttura biex b'hekk ma jkunux jinhtiegu spejjez kbar ta' manutenzjoni. Dan qalu l-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni l-Perit Charles Buhagiar dalghodu meta nieda programm ta' Familjarizzazzjoni mal-Kunsilli Lokali.
Il-Ministru Buhagiar qal li l-ghan ta' dan il-programm huwa li jiltaqa' mal-Kunsilli Lokali kollha gewwa Malta u Ghawdex bl-iskop li jigu miftiehma ahjar il-problemi attwali tal-Kunsilli u l-pjani ghall-futur fil-qasam ta' Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni.
Waqt l-ewwel zjara tieghu lill-Kunsill tal-Gzira, il-Ministru Buhagiar fisser kif hemm bzonn li jitfassal programm mifrux fuq numru ta' snin sabiex ix-xoghlijiet kollha li hemm bzonn jitwettqu skond ordni ta' prijorita'. Huwa stieden lill-Kunsill tal-Gzira biex ifassal programm ta' prijoritajiet ta' xoghlijiet infrastrutturali li jkunu jistghu jibdew jinhadmu immedjatament. Fil-fatt ser jibda xoghol ta' tindif fuq il-kanali ta' l-ilma kollha li hemm fil-Gzira u jinfethu ohrajn godda. Ser isir hidma wkoll fuq il-"water network" tal-Gzira. Hidma ohra immedjata ser tkun fit-toroq principalment f'Taliana Lane, Rue D'Argens u x-Xatt fejn ser jitpoggew ukoll "Pelican Lights".
Waqt din iz-zjara l-Ministru Buhagiar zar ukoll il-progett tal-gnien li ghadu kif inbeda fix-xatt tal-Gzira. Dan il-gnien, li x-xoghol fuqu qed isir mill-haddiema tal-Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, ghandu l-ghan li jaghti dehra ahjar lix-xatt tal-Gzira u jkun post ta' rikreazzjoni ghar-residenti u t-turisti.
It-tieni zjara li ghamel il-Ministru Buhagiar kienet lill-Kunsill Lokali tal-Fgura. Is-Sindku tal-Fgura is-Sur Anthony DeGiovanni spjega kif il-prijorita' tar-rahal hija li tigi rrangata Triq Zabbar/Hompesch u t-toroq ta' madwar. Il-Ministru Buhagiar u l-Kunsill iddiskutew kif din it-triq tista' tigi msewwija billi tibda hidma immedjata fejn is-sigar li hemm fit-triq, li qed joholqu hsara fil-proprjetajiet privati, fit-triq innifisha u fis-servizzi li ghaddejjin minn taht it-triq, jitnehhew u jitwahhlu f'Valperga u postijiet ohrajn fil-Fgura.
Il-Ministru Buhagiar enfasizza l-bzonn li s-servizzi li jghaddu minn taht it-triq isiru kollha qabel ma jissewwa wicc it-triq biex b'hekk ma jkunx hemm bzonn li dan il-wicc jerga' jinqala'. F'din il-laqgha giet diskussa ukoll il-htiega mmedjata li jitnaddfu l-kanali ta' l-ilma u jithaffru ohrajn godda biex l-ilma tax-xita jkollu mnejn jghaddi u fejn jingabar. B'hekk tissolva l-problema tal-gharghar tax-xita gewwa l-Fgura u fl-istess hin jingabar aktar ilma.
Il-Ministru Buhagiar fiehem kif l-ghan tal-programm tal-Familjarizzazzjoni mal-Kunsilli Lokali jintlahaq billi problemi ewlenin li jaqghu taht il-Ministeru tax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni fl-irhula u l-ibliet jibdew jigu rizolti immedjatament.
Prezenti fid-delegazzjoni mal-Ministru Buhagiar kien hemm is-Sur Dennis Azzoppardi u s-Sur Claudio Tonna mill-Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici, il-Perit Simone Chircop mil-"Local Council Contact Unit" u s-Sur Tony Mifsud mill-Ministeru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901