Left arrow Go Back

Malta ser issahhah ir-Relazzjonijiet mad-Dinja Gharbija

pr0014
Date Icon 07/01/1997

Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant kien qed jitkellem f'attivita' tal-Kamra Maltija-Gharbija meta qal li waqt li Malta ser tkompli zzomm l-eqreb relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea, ser issahhah ir-relazzjonijiet taghha mad-dinja Gharbija. Huwa qal li l-Gvern jappoggja l-progetti kollha li jistghu jsiru bejn iz-zewg nahat li jhalli profitt ekonomiku ghal pajjiz. Dr. Sant qal li l-Gvern jinsab sodisfatt bil-kontribut tal-Kamra tal-Kummerc Maltija-Gharbija b'mod partikolari dawk l-Gharab f'Malta li qeghdin jikontribwixxu ghal din l-attivita'.

Il-Prim Ministru qal li l-kuncett tat-tishih tar-relazzjonijiet mad-dinja Gharbija mhux wiehed politiku biss, izda jrid ikun ibbazat fuq l-aspetti umanitarji, kulturali u socjali. Dr. Alfred Sant qal li l-Kamra tal-Kummerc Maltija-Gharbija ghandha r-rwol importanti li tghaqqad flimkien nies minn zewg kulturi differenti u qal li matul iz-zmien jista' jkompli jissahhah ukoll l-izvilupp turistiku mad-dinja Gharbija.

Il-President tal-Kamra tal-Kummerc Maltija-Gharbija, is-sur Adrian Busietta fisser li l-Kamra hija interessata li ssahhah l-investimenti f'Malta. Huwa qal li l-attivitajiet ekonomici bejn Malta u d-dinja Gharbija zdiedu sostanzjalment fl-ahhar ghoxrin sena. Is-sur Busietta qal li l-Kamra tal-Kummerc Maltija-Gharbija taqbel mal-kuncett ta' Malta bhala "Svizzera fil-Mediterran" u qal li l-izvilupp li sar fl-ahhar snin turi bic-car kemm Malta tista' tkompli tibbaza fuq il-mudell Svizzeru. Is-sur Busietta qal li hemm diversi istituzzjonijiet finanzjarji Gharab li huma interssati li jinvestu fl-ekonomija Maltija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow