Left arrow Mur Lura

Board gdid ghal Korporazzjoni TeleMalta

pr0006
Date Icon 06/01/1997

Illum fl-10.30 ta' filghodu fl-Ufficini tal-Korporazzjoni Telemalta il-Marsa, sar il-handing over tac-Chairmanship tal-Korporazzjoni Telemalta mis-Sur John Camilleri lil Dr. Noel Zarb Adami, li nhatar Chairman gdid tal-Korporazzjoni. Is-Sur Camilleri kien offra r-rizenja tieghu minn Chairman tal-kumpanija fid-29 ta' Ottubru tas-sena l-ohra.

Fuq il-Bord tad-Diretturi inhatar is-Sur Joe Bartolo bhala Deputy Chairman waqt li l-membri l-ohrajn huma l-Ing. Saviour Zammit, Chev. Maurice Mizzi, George Camenzuli, Marie Louis Coleiro u d-Direttur Haddiem. Il-Gvern qed jikteb lill-Kap ta' l-Opozizzjoni biex jinnomina membru halli jigi mahtur Direttur fuq il-Bord mill-Gvern skond il-ligi vigenti.

Il-hatra tal-Bord il-gdid hija akkumpanjata minn riorganizzazzjoni fil-management gholi tal-Korporazzjoni fejn is-Sur Joe Azzopardi qed jinhatar General Manager tal-Kumpanija.

Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant illum stess kiteb lic-Chairman il-gdid tal-Korporazzjoni Telemalta biex ifisser kif il-Gvern qed jara li jistghu jitwettqu l-linji strategici ta' hidma ghall-Korporazzjoni.

Kopja ta' din l-ittra hija annessa ma' din l-istqarrija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow