L-Onor. Louis Buhagiar jiltaqa' ma' rapprezentanza mill-Kummissjoni ghal Persuni bi Bzonnijiet Specjali
Illum saret laqgha bejn is-Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani Dr. Louis Buhagiar u minn rapprezentanza mill-Kummissjoni ghal Persuni bi bzonnijiet Specjali maghmula minn Dr. Sylvia Zrinzo, Mr. Alfred Bezzina u Mr. Joe Camilleri.
Waqt din il-laqgha gew diskussi suggetti dwar kif is-Segretarjat jista' jkompli jghin biex barra lill-Anzjani, tinghata ghajnuna wkoll lill-persuni bi bzonnijiet specjali. Il-Kummissjoni indikat li hemm persuni li minkejja li m'humiex anzjani ikollhom bzonnijiet simili u jistghu jibbenefikaw minn servizzi diga ezistenti.
Is-Segretarju Parlamentari Dr. Louis Buhagiar fiehem li huwa l-impenn tal-Gvern li persuni bi bzonnijiet specjali irid ikollhom kull appogg possibbli. Tenna wkoll li hija l-pozizzjoni tal-Gvern li s-servizzi li jinghataw mid-Dipartiment ghandhom jintuzaw bl-akbar ghaqal biex johrog l-aktar frott minnhom. Biex dan isehh hemm bzonn il-koperazzjoni ta' kulhadd biex minn l-aktar li ghandu bzonn jigi mressaq 'l quddiem waqt li hadd m'ghandu juza dawn l-istess servizzi b'mod hazin. Jehtieg li l-Kummissjoni tahdem biex tghin jigu identifkati ahjar u b'mod specifiku u personali l-bzonnijiet ta' dawn in-nies biex l-ghajnuna kollha tigi ffukata b'mod ahjar.
Is-Segretarju Parlamentari fiehem ukoll li hija l-pozizzjoni tal-Gvern li d-Day Centres ikunu uzati u accessibbli mhux biss ghall-Anzjani izda daqstant iehor ghal nies b'dizabilita u bi bzonn ghalihom. Sar qbil li ikun hemm laqghat ohrajn biex certi mizuri jigu diskussi aktar u jigu implimentati.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901