Left arrow Go Back

Il-Gvern mhux favur il-Privitizzazzjoni tas-Servizzi Postali

pr0001
Date Icon 02/01/1997

Il-Ministru tat-Trasport u Portijiet, l-Onor Joe Debono Grech, li hu wkoll responsabbli mill-Posta, waqt li kien qed jindirizza lill-haddiema tal-Posta llum, qal li:

"Il-Gvern Laburista gdid mhux favur li s-servizz postali jigi privatizzat jew li xi partijiet minnu jigu privatizzati. Madankollu s-servizz postali f'dinja kompetittiva irid ikun efficjenti u jilhaq l-aspettattivi tac-cittadini Maltin u Ghawdxin kollha. Din is-sena, ghas-servizz postali trid tkun is-sena li ttejjeb dan is-servizz u thejji biex telabora s-servizzi diga provduti u thejji l-introduzzjoni ta' ohrajn godda.

"Fil-gejjieni qarib ghandu jitlesta rapport ikkummissjonat mill-Gvern stess, liema rapport mhux biss ghandu jara l-qaghda shiha ta' l-operat tal-Posta llum izda jipproponi kif tista' tkun ahjar. Wara dan ir-rapport il-Gvern imbaghad jiddeciedi x'ghandu jkun il-gejjieni tal-Posta u dan skond il-mandat li l-poplu ta lill-Gvern prezenti.

"Izda d-decizzjonijiet u l-proposti jistriehu ferm fuq il-haddiema f'dan is-servizz importanti. Irridu lkoll nifhmu li l-mira ewlenija taghna hija servizz ahjar ghac-cittadin. Nara wkoll li l-kundizzjonijiet tax-xoghol taghkom imorru id f'id mas-servizz li tipprovdu. Kont personalment fuq il-postijiet tax-xoghol, spalla ma' spalla ma' haddiema shabi naghti l-jum tax-xoghol tieghi. Nifhem allura l-problemi u d-diffikultajiet. Kont ukoll ufficjal trejdunjonistiku, allura nifhem li l-ghaqda fuq il-post tax-xoghol hija l-aktar haga mportanti ghall-haddiema. Din l-ghaqda wahda trid imbaghad tikseb il-beneficcji u ttejjeb il-kwalita' tax-xoghol.

"Meta sirt Ministru responsabbli mill-Posta f'Ottubru li ghadda, l-ewwel laqghat li kelli kienu fost ohrajn dwar il-Posta mar-raprezentanti taghkom mill-General Workers' Union u tkellimna fit-tul fuq il-qaghda tas-servizz postali llum. Il-Gvern wera fejn jixtieq jasal u l-Union fissret it-talbiet pendenti taghha.

"Fil-fatt wahda minn dawn it-talbiet kienet l-'early delivery' ghax-xhur tas-Sajf izda din bl-ebda mod m'ghandha titfa' lura s-servizz. Ghal dan il-ghan il-Management u l-Union ghandhom jidhlu f'tahdidiet bejniethom biex dan kollu jidhol fis-sehh mis-sajf li gej.

"Din is-sena nappellalkom tqisuha bhala sena ta' sfida ghas-servizz postali. Irridu ntejbu dak li sibna u nwarrbu l-hazin li jezisti; ghamlu min ghamlu, sar meta sar. Irridu ngeddu s-servizz lic-cittadin u dan ma jistax isir jekk ma nigbdux ilkoll habel wiehed fl-interess taghna lkoll."

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow