Il-Ministru Leo Brincat jiltaqa' mal-Kapijiet ta' l-Enemalta Corporation
PR2239
30/12/1996
| Il-Ministru tal-Kummerc, Leo Brincat, illum organizza laqgha | ghall-kapijiet ta' l-Enemalta fejn huwa sejjah bhala tebgha kbira fuq l-efficjenza tal-korporazzjoni il-qtugh fis-servizz tad-dawl li kien hemm fi tmiem din il-gimgha. |
| Huwa qal li trid tispicca l-mentalita' li hadd m'huwa responsabbli | meta jigru affarijiet bhal dawn. |
| Il-Ministru Brincat qal li fil-korporazzjoni trid tiddahhal sistema | ta' accountability fejn kulhadd irid igorr il-piz tar-responsabilita' tieghu, mill-kbir saz-zghir. |
| Huwa qal li meta s-servizz tad-dawl jinqata', il-poplu ghandhu | dritt ikun jaf jekk ikunx hemm fin-nofs nuqqas ta' attenzjoni, manutenzjoni preventiva inadegwata, supservizjoni fqira jew imkompetenza. |
| Il-Ministru Brincat qal li prijorita' tal-Bord il-gdid, li ghadu | kif inhatar, ghandha tkun li t-taxpayer Malti jiehu s-servizz li hu tieghu bi dritt minghand il-Korporazzjoni Enemalta. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901