Left arrow Mur Lura

Punti mid-Diskors tal-Ministru Charles Mangion fl-okkazjoni tal-Hatra tal-Kummissjoni ghat-Twaqqif tal-Qorti tal-Familja

PR2222
Date Icon 24/12/1996
Il-bzonn li jitwaqqaf Qorti tal-Familja illum jinhass sew. Fuqmedja ta' 2200 zwigijiet fis-sena celebrati f'pajjizna, it-talbiet ghall-separazzjoni personali qed jizdiedu kull sena, tant li fl-1995 lahqu madwar 920 bejn prim'awla u sekond awla.
F'kawzi bhal dawn kulhadd jaf illi apparti l-element litigjuzlegali jipprevali hafna l-element socjali u uman. Mhux biss il-koppja tghaddi minn trawma, imma irridu wkoll naghtu konsiderazzjoni xierqa lill-bzonnijiet tat-tfal, u dan fil-kwadru komprensiv ta x'inhu l-ahjar ghall-familja hekk milquta.
F'dan ir-rigward il-Qorti ghalhekk ghandha funzjoni socjaliimportanti hafna u tant illi Artikolu 6A tal-Kodici Civili jinvesti fil-Qorti ta' Gurisdizzjoni Volontarja bl-obbligu li jgharbel u jhares l-interessi u bzonnijiet socjali tal-partijiet milquta fl-ahjar interessi tal-familja. Tant hija importanti din il-funzjoni tal-Qorti , li l-ligi tohloq eccezzjoni fejn f'tali kaz ma taghtix dritt ta' appell. Minkejja din il-mansjoni li ghandha il-Qorti Sekond'Awla, xorta qed jinhass il-bzonn fic-cirkostanzi prezenti li l-Qorti ma tistax taqdi kif mixtieq din il-funzjoni. Ghalhekk huwa essenzjali fl-ahjar interess tal-familja, li pajjizna tant ghandu jibqa jghozz, li din il-Qorti tkun kostitwita ahjar, fis-sens li tkun kapaci tindirizza kemm l-aspett legali ta' interpretazzjoni gusta ta' ligi kif wkoll tindirizza b'mod professjonali l-problemi socjali marbuta mal-familja.
Il-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara kienet diga ghamlet appellf'dan is-sens u nista nghid li kull min ghandhu x'jaqsam ma' dawn ic-cirkostanzi tal-familja, kemm jekk avukat, gudikant, socjologu jew religjuz kollha jesprimu l-istess opinjoni.
Ghaldaqstant hassejna li ma nistghux nibqghu passivi quddiemproblema socjali li qed dejjem tikber, u ghalhekk qeghdin inwaqqfu Kummissjoni preseduta mill-Imhallef Noel Arrigo, u komposta minn persuni li huma direttament involuti professjonalment f'dan il-qasam u cioe Dr. Ruth Farrugia, espert fuq il-ligi tal-Familja, Rev. Dr. Carmel Tabone, Socjologu/Religjuz, u l-Avukati Paul Lia u J.R. Micallef, ta' l-ahhar nominat mis-Segretarjat ghad-Drittijiet tan-Nisa. L-involviment ghas-Segretarjat ghad-Drittijiet tan-Nisa ghandu jkun mill-bidu nett, ghax hawn qed nitkellmu fuq qasam socjali li jolqot hafna mill-qrib lill-mara.
Ghaldaqstant il-Kummissjoni appuntata illum ghandha topera fl-iktarmod komprensiv u specjalment fil-parametri hawn stabbiliti cioe:
1. L-istruttura li jrid jiehu dan il-Qorti, li kif diga' ghidtghanda natura partikulari minhabba l-element uman u socjali li jipprevali f'kazi tal-familja.
2. X'forma trid tiehu l-assistenza ta' esperti li jkun necessarjubiex Qorti simili jigi gestit b'mod efficjenti.

3. L-Emendi li jkun hemm bzonn jigu maghmula fil-ligijiet vigenti.

4. Issir evalwazzjoni tal-mansjoni tas-Sekond'Awla, jekk ghandiextibqa' jew il-funzjonijiet taghha jigu kollha assorbiti mill-Qorti tal-Familja.
5. Issir progettazzjoni tal-bzonnijiet finanzjarji u umani,necessarji biex dan il-Qorti tal-Familja jitwaqqaf.
Dawn il-parametri ma humiex intizi biex b'xi mod jillimitaw ix-xogholtal-Kummissjoni mwaqqfa illum imma iktar biex jaghtu direzzjoni.Kull proposta tigi evalwata fid-dawl ta' twaqqif ta' istituzzjoni serja, efficjenti u gusta li tghin fl-izvilupp tal-familja fis-snin li gejjin.
Din il-Kummissjoni mistennija li taghti r-rapport taghha sa l-ahharta' Lulju 1997.
Sussegwentament huwa l-hsieb tal-Ministeru li tinhareg WhitePaper fuq dan is-suggett biex kull min huwa interessat jkun jista jaghti l-kontribut tieghu/taghha. Kull opinjoni u jew suggeriment moghti jkun evalwat u ikkonsidrat bl-akbar serjeta'. Hija x-xewqa taghna li l-Qorti tal-Familja jkun stabbilit u jiffunzjona sal-1998.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow