Left arrow Mur Lura

Messagg lin-Nazzjon ghall-Milied u s-sena l-Gdida mill-Prim Ministru Dr. Alfred Sant

PR2221
Date Icon 23/12/1996
Fi tmiem ta' sena u fil-bidu ta' sena gdida dejjem hija drawwa litaghti harsa zghira lura u harsa kbira 'l quddiem. Meta naghtu harsa lura lejn is-sena li ghadha kemm qed tintemm, ikollna nghidu li f'pajjizna issa tajna prova li tassew ahna pajjiz modern, Ewropew, illi jhares b'maturita' lejn grajjiet illi jsiru fostna; u li ahna kapaci, b'mod demokratiku, illi nibdlu Gvern u li nharsu 'l quddiem ilkoll flimkien b'sens ta' ghaqda lejn l-isfidi godda li dejjem jorbtu pajjiz ma' pajjiz.
Ghas-sena l-gdida, allura issa li qed inharsu 'l quddiem ilkollflimkien, jiena, waqt li nawgura lill-familji Maltin u Ghawdxin kollha kemm huma sena mimlija rizq, hena, u barka, nawgura wkoll li nkomplu nsostnu fostna sens ta' paci, sens ta' ghaqda biex naffrontaw flimkien l-isfidi li ghandna quddiemna. Sfidi li bihom irridu naghtu prova mill-gdid, dejjem aktar, li b'sens modern ta' hegga, ta' hidma, irridu nkomplu ntejbu l-istrutturi ta' ghajxien f'pajjizna.

Bla dubju ta' xejn se nkunu qed niffaccjaw certi diffikultajiet. Bla dubju ta' xejn ukoll, imma, se nkunu qeghdin ahna niffaccjaw certi opportunitajiet u se jiddependi minna bhala nazzjon, il-hila taghna, il-hegga taghna, ir-rieda taghna li nuzaw dawn l-opportunitajiet biex nghelbu diffikultajiet. Waqt li naghmlu hekk, waqt li nharsu lkoll 'il quddiem flimkien, irridu nsostnu l-valuri li jaghmluna komunità Maltija, li jaghmluna komunità zghira, ckejkna bi storja twila, bi storja Ewropea, bi storja Mediterranja li matul is-sekli baqghet tghix fuq din il-gzira. U baqghet tohloq hajja dejjem ahjar fuq din il-gzira.

Irridu, waqt li nsostnu l-isfidi ta' quddiemna, maghquda, insostnuwkoll il-valuri u l-principji tal-gustizzja socjali illi rridu nahsbu ilkoll f'xulxin, bhall-ahwa. Illi rridu naghtu opportunitajiet tajba lil kulhadd; opportunitajiet serji u effettivi illi minnhom imbaghad il-familji Maltin u Ghawdxin kollha jkunu jistghu jibbenefikaw u jimxu 'l quddiem. Waqt li jaghmlu hekk, imbaghad, ikunu qeghdin isostnu aktar il-hila taghna bhala nazzjon biex nghixu b'mod tajjeb, biex inkunu kompetittivi, biex b'dak li naghmlu nkunu nistghu naqilghu ghajxien li jkun dejjem ahjar, ghall-gid tal-familji Maltin u Ghawdxin kollha kemm huma.
Jiena nawgura li apparti mir-rizq, apparti mill-hena, apparti mill-ghaqda,li nixtieq ghall-Maltin u Ghawdxin kollha, inkunu wkoll ahna kapaci f'dan iz-zmien li gej, f'din is-sena l-gdida, li nahdmu halli s-socjetà taghna, issa li resqin lejn il-bidu ta' seklu gdid, inkunu kapaci li npoggu l-pedamenti ghal zviluppi dejjem ahjar, zviluppi li huma aktar qawwija, li minnhom imbaghad inkunu nistghu nghaddu, minn sahha ghal sahha, minn qawwa ghal qawwa, intejbu l-hila tal-poplu taghna biex jghix tajjeb, biex jghix fil-ghaqda u wkoll biex ikun sors ta' paci, ta' tama; anki ghall-girien tieghu.
Ma rridux nghixu biss bhala gzira fiz-zmien li gej, imma rridunghixu wkoll bhala parti mill-umanità, parti miz-zona li ddawwarna. Parti mill-Ewropa u mill-Mediterran li flimkien, iva, jistghu jkollhom il-kontribut taghna halli lkoll flimkien, ma nkunux biss qed nghixu ghalina nfusna u ntejbu l-qaghda taghna, imma naghtu l-kontribut taghna wkoll halli l-qaghda tal-gnus ohra timxi 'l quddiem. U f'dan is-sens jiena nawguralkom mill-gdid l-ahjar sena, l-ahjar opportunitajiet, l-aqwa rizq, l-aqwa tama fil-gejjieni.

Insellmilkom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow