Left arrow Mur Lura

Ir-Riabilitazzjoni tal-Forti Sant'Iermu fil-pjanijiet tal-Gvern

PR2215
Date Icon 20/12/1996
Id-Development Brief li qed tithejja ghal Forti Sant' Iermuser ikun il-bazi tar-riabilitazzjoni tal-Forti li ghandu potenzjal kbir ghall-izvilupp. Dan qalu il-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, il-Perit Charles Buhagiar waqt zjara ta' familjarizzazzjoni li huwa ghamel gewwa il-Forti Sant' Iermu.
Il-Ministru Buhagiar qal li l-Forti Sant' Iermu, li ghandu valurstoriku kbir u li ilu mitluq miz-zmien li telqu l-Inglizi, ghandu bzonn xoghol kbir ta' restawr. Id-development brief li qieghed isir, li jaghmel parti mill-Grand Harbour Local Plan, jinkludi fih proprjet ohra, bhal l-Evans Laboratories, l-Examination Halls u l-War Museum. L-industrija tal-kostruzzjoni ghandha taghti wkoll is-sehem taghha f'dan il-qasam tar-riabilitazzjoni. B'hekk postijiet antiki u ta' valur jigu uzati sewwa u fl-istess hin ikun qed isir uzu ahjar ta' l-art. Il-Ministru Buhagiar spjega kif il-Forti Sant' Iermu jista' jigi uzat ghal hafna skopijiet fosthom dawk turistici, kummercjali, u ta' rikrejazzjoni. Huwa qal li l-Gvern qieghed ukoll jistudja serjament postijiet alternattivi ohra fejn jistghu jinhadmu l-karrijiet tal-Karnival.
Minn naha tieghu is-Sur Ray Bondin, Ko-ordinatur tal-Progettghar-Rijabiltazzjoni tal-Belt Valletta, fi hdan il-Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, li ikkommissjona d-Development Brief ghall-Forti Sant' Iermu, qal li l-imhazen tal-Forti qed jintuzaw minn nies ghal diversi ragunijiet personali u dan qieghed jikkrea iktar hmieg u telqa f'post li ghandu hafna laqtiet storici.
Il-Perit Konrad Thake, li qieghed ihejji d-Development Brief,fisser kif dan ser ikun il-bazi ta' diskussjonijiet biex jittiehdu decizjonijiet dwar kif se jithaddem ix-xoghol.
Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm ukoll il-Perit Carmelo MifsudBorg, Direttur ta' l-Estate Department, il-Logotenent Kurunell Kenneth Valenzia u l-Kmandant Anthony Mifsud Tomasi mill-Akkademja tal-Gustizzja Kriminali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow