Left arrow Mur Lura

Messagg ghall-Milied u s-Sena 'l Gdida lill-Emigranti Maltin u Ghawdxin mill-Prim Ministru Dr. ALfred Sant

PR2211
Date Icon 20/12/1996
Hu ta' pjacir kbir hafna ghalija illum illi, fi tmiem ta' sena ufil-bidu ta' sena gdida, inkun maghkom biex minn qalbi, f'ismi, f'isem il-Maltin u l-Ghawdxin kollha, naghtikom l-isbah xewqat ghas-sena l-gdida. Jiena ninsab zgur li se tkun sena mimlija bi sfidi illi jekk nuzawhom tajjeb, jekk nilqghu ghalihom tajjeb, jaghtuna dejjem opportunitajiet ahjar biex ahna u l-familji taghna nkunu nistghu naghtuhom aktar opportunitajiet ta' rizq, ta' taghlim u anki ta' hajja isbah, ta' hajja ahjar.
Ahna li ninsabu f'Malta nharsu dejjem lejkhom li tinsabu f'pajjizimbieghda fejn qed izzommu hajja c-civiltà Maltija, b'sens ta' simpatija, b'sens ta' ammirazzjoni; anki b'tifkiriet profondi ta' kif dak kollu li jghaqqadna hu hafna aqwa mid-distanza ta' bejnietna. Ghax dak li jghaqqadna huwa l-wirt taghna, il-hsus taghna tat-tradizzjonijiet ewlenin, l-ghozza taghna tal-familja, il-lingwa li hi taghna, il-kultura taghna. Jiena nixtieq li ghal din is-sena l-gdida, li qed tiftah quddiemna, tkun sena li matulha nkomplu nsahhu r-rabtiet li jezistu bejnietna - naghtuhom tifsira aktar hajja, aktar shiha. U anki nkunu nistghu lkoll flimkien nahdmu halli dak li rcevejna minghand ta' qabilna, nistghu ngedduh u nsahhuh.
Jiena nemmen illi kemm f'Malta, kemm f'pajjizi bhall-Awstralja,fil-Kanada u f'pajjizi ohra, il-Maltin ghandhom hila shiha biex jaghtu xhieda ta' kemm huma, u l-familji taghhom, ir-razza, il-gens taghna, jistghu jkunu ta' siwi u ta' valur kemm ghall-komunità taghna u anki ghall-komunitajiet li maghhom nigu f'kuntatt. Irridu nkunu hbieb ma' kulhadd, u rridu nkunu wkoll f'pozizzjoni li nitghallmu minghand haddiehor waqt li naghtu lil haddiehor xi parti mill-valur, mis-siwi, minn dak kollu li nemmnu fih.
Waqt li naghmlu hekk jiena zgur nixtieq illum minn qiegh qalbi l-isbahopportunitajiet lill-komunità Maltija, l-isbah prospetti ghall-familji taghkom u wkoll nixtieq li fiz-zmien li gej inkomplu nahdmu lkoll flimkien halli, b'mod konkret, ir-rabtiet li ghandna bejnietna nkomplu nsahhuhom. U nwieghed minn hawnhekk li l-Gvern tieghi huwa determinat li, fiz-zmien li gej, inkomplu lkoll nahdmu flimkien, nerga' nghid b'mod konkret, halli dak kollu li jghaqqadna naghtuh sura, tifsira, dejjem aktar moderna, dejjem aktar shiha.

Nerga' naghtikom l-isbah xewqat ghas-sena l-gdida.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow