Messagg ghall-Milied u s-Sena 'l Gdida lill-Emigranti Maltin u Ghawdxin mill-Prim Ministru Dr. ALfred Sant
PR2211
20/12/1996
| Hu ta' pjacir kbir hafna ghalija illum illi, fi tmiem ta' sena u | fil-bidu ta' sena gdida, inkun maghkom biex minn qalbi, f'ismi, f'isem il-Maltin u l-Ghawdxin kollha, naghtikom l-isbah xewqat ghas-sena l-gdida. Jiena ninsab zgur li se tkun sena mimlija bi sfidi illi jekk nuzawhom tajjeb, jekk nilqghu ghalihom tajjeb, jaghtuna dejjem opportunitajiet ahjar biex ahna u l-familji taghna nkunu nistghu naghtuhom aktar opportunitajiet ta' rizq, ta' taghlim u anki ta' hajja isbah, ta' hajja ahjar. |
| Ahna li ninsabu f'Malta nharsu dejjem lejkhom li tinsabu f'pajjizi | mbieghda fejn qed izzommu hajja c-civiltà Maltija, b'sens ta' simpatija, b'sens ta' ammirazzjoni; anki b'tifkiriet profondi ta' kif dak kollu li jghaqqadna hu hafna aqwa mid-distanza ta' bejnietna. Ghax dak li jghaqqadna huwa l-wirt taghna, il-hsus taghna tat-tradizzjonijiet ewlenin, l-ghozza taghna tal-familja, il-lingwa li hi taghna, il-kultura taghna. Jiena nixtieq li ghal din is-sena l-gdida, li qed tiftah quddiemna, tkun sena li matulha nkomplu nsahhu r-rabtiet li jezistu bejnietna - naghtuhom tifsira aktar hajja, aktar shiha. U anki nkunu nistghu lkoll flimkien nahdmu halli dak li rcevejna minghand ta' qabilna, nistghu ngedduh u nsahhuh. |
| Jiena nemmen illi kemm f'Malta, kemm f'pajjizi bhall-Awstralja, | fil-Kanada u f'pajjizi ohra, il-Maltin ghandhom hila shiha biex jaghtu xhieda ta' kemm huma, u l-familji taghhom, ir-razza, il-gens taghna, jistghu jkunu ta' siwi u ta' valur kemm ghall-komunità taghna u anki ghall-komunitajiet li maghhom nigu f'kuntatt. Irridu nkunu hbieb ma' kulhadd, u rridu nkunu wkoll f'pozizzjoni li nitghallmu minghand haddiehor waqt li naghtu lil haddiehor xi parti mill-valur, mis-siwi, minn dak kollu li nemmnu fih. |
| Waqt li naghmlu hekk jiena zgur nixtieq illum minn qiegh qalbi l-isbah | opportunitajiet lill-komunità Maltija, l-isbah prospetti ghall-familji taghkom u wkoll nixtieq li fiz-zmien li gej inkomplu nahdmu lkoll flimkien halli, b'mod konkret, ir-rabtiet li ghandna bejnietna nkomplu nsahhuhom. U nwieghed minn hawnhekk li l-Gvern tieghi huwa determinat li, fiz-zmien li gej, inkomplu lkoll nahdmu flimkien, nerga' nghid b'mod konkret, halli dak kollu li jghaqqadna naghtuh sura, tifsira, dejjem aktar moderna, dejjem aktar shiha. |
Nerga' naghtikom l-isbah xewqat ghas-sena l-gdida.
Other Press Releases:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891