Left arrow Mur Lura

Il-Ministru tas-Sahha Dr. Michael Farrugia jiltaqa' ma' ufficjali tal-GRTU

PR2195
Date Icon 18/12/1996
Il-Ministru tas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familjat-Tabib Michael Farrugia ltaqa' ufficjalment mal-G.R.T.U. fil-Ministeru l-Belt.
Ghal din il-laqgha attendew ufficjali gholja tal-G.R.T.U. u gewdiskussi punti ta' nteress li jolqtu s-setturi tal-kummerc fil-qasam tas-sahha.
Il-Ministru Michael Farrugia semma l-kwistjoni li nholqot mill-gvernprecedenti dwar il-hrug ta' permessi ghal spizeriji. Huwa sahaq dwar il-bzonn li jsiru laqghat formali halli wara l-istudju necessarju, r-rizultat ahhari jkun ta' beneficcju ghac-cittadini Maltin kollha.
Il- Ministru Michael Farrugia issugerixxa li hu flimkien mal-Ministrutal-Kummerc u s-Segretarju Parlamentari ghas-Self Employed jiltaqghu mal-GRTU u l-kamra tal-Ispizjara halli l-problema tal-permessi tal-Ispizjara tispicca.
Minn naha taghhom l-ufficjali tal-G.R.T.U. wrew sodisfazzjonghall-fatt li s-Sahha inghatat importanza fuq livell ta' Ministeru. Il-G.R.T.U. qalu li jittamaw li certi problemi li ghandhom x'jaqsmu mas-Sanita li jkunu jistghu jigu solvuti ahjar.
Fost affarijiet ohra l-ufficjali tal-GRTU tkellmu wkoll dwar il-'HealthFoods'. Il-Ministru Michael Farrugia qal li hemm bzonn jigu immodernizzati l-ligijiet u r-regolamenti fil-pajjiz halli jkunu jirriflettu z-zminijiet tal lum.
Il-Ministru Michael Farrugia temm id-diskors tieghu billi qal lijkun lest jiddiskuti mal-G.R.T.U. u anki ma' ghaqdiet ohrajn affarijiet li jistghu jkunu ta' gid biex is-servizz tas-sahha f' Malta joghla fil-livell.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow