Prezentazzjoni ta' Compact Disc lis-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti
PR2181
17/12/1996
| Kopja ta CD giet pprezentata lil Onor. Joe Cilia, Segretarju | Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti mill-kantant Joseph Vella Bondin u l-organista Ms Suzan Ferrito f'isimhom u f'isem shabhom li ghamluha. Huma nfurmaw lis-Segretarju Parlamentari li is-CD saret biex jintlahqu zewg ghanijiet: l-ewwel biex ikun hawn rekording ta' parti zghira imma importanti tal-wirt kulturali Malti u b'hekk isir maghruf minn generazzjoni gdida ta' Maltin u biex jingabru fondi mehtiega ghad-Dar ta' San Guzepp, Haz-Zabbar, fejn is-Sorijiet Dumnikani jzommu tfal fil-bzonn. |
| Il-muzicisti flimkien ma ohrajn, taw is-servizzi taghhom | minghajr l-ebda hlas biex ikun jista' jintlahaq l-ghan filantropiku. Ta' min isemmi l-isponsorship generuz tal-Mid Med Bank u dak ta' l-iStudio 7 fejn sar il-master recording. |
| L-Onor. Joe Cilia, filwaqt li rringrazzja lil muzicisti | tal-prezentazzjoni, qal li f'dan is-CD jara tlett fatturi li huma ta' prijorita ghall-Gvern il-gdid: Hemm il-prodott artistiku li sar biex jigu meghjuna dawk li jinsabu fil-bzonn; wkoll li dan il-prodott, li sa fejn kien possibbli hu kollu xoghol Malti, hu ta' livell gholi sew muzikalment u sew teknikament, xhieda li t-talent Malti jaf johloq recordings tajba fil-qasam tal-muzika klassika; u li fih gabra sabiha ta' kompozizzjonijiet Maltin, parti mill-wirt kulturali tal-poplu Malti. |
| Hu parti mill-programm elettorali tieghu li l-Gvern prezenti | johloq strategija ta' ghajnuna u zvilupp fl-oqsma artistici fejn inizjattivi bhal dik ta' dan is-CD isibu appogg nazzjonali shih. Ghalhekk ikun f'waqtu li l-media, specjalment il-mezzi tax-Xandir, jenfasizzaw u jaghmlu uzu minn prodotti bhal dawn li jghinu biex il-wirt Malti jkun aktar maghruf u apprezzat. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901