Aggornament fic-Cerimonjal tal-Protokoll
PR2157
12/12/1996
| Il-Gvern wettaq aggornament fic-cerimonjal tal-protokoll. Skond dan | l-aggornament, waqt cerimonji nazzjonali preseduti mill-President ta' Malta, il-Prim Ministru jkun milqugh mill-Kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta u eskortat lejn postu minghajr ma jitla' fuq id-'dais' ghad-daqq ta' l-Innu Malti kif kien isir qabel. |
| Meta l-Prim Ministru jkun se jsiefer fuq zjarat ufficjali , il-Lounge | Presidenzjali fl-Ajruport Internazzjonali tkun ghad-dispozizzjoni tal-Prim Ministru u prezenti jkun hemm id-Deputat Prim Ministru, is-Segretarju tal-Kabinett u rapprezentant tal-President tal-Malta, u skond ic-cirkostanzi l-Ambaxxatur tal-pajjiz fejn il-Prim Ministru se jkun imsiefer. Dawn id-dinjitarji jkunu jistennew lill-Prim Ministru mal-wasla tieghu lura Malta. |
| Fl-imghoddi, il-Prim Ministru kien ikun milqugh mill-Ministri | tal-Kabinett, mis-Segretarju Permanenti fl-Ufficcju tal-Prim Ministru u Kapijiet ta' Dipartimenti li jaqghu taht id-Dikasteru tal-Prim Ministru. |
| Bidla ohra fil-protokoll tirrigwarda okkazjonijiet statali li | ghalihom il-Prim Ministru se jkun mistieden u li ghalihom ma jkunx jista jattendi ghal ragunijiet ta' safar jew ghal ragunijiet ohra. F'kazi bhal dawn, id-Deputat Prim Ministru jew Ministru iehor delegat ghalhekk mill-Prim Ministru, jassumi l-inkarigi tal-Prim Ministru f'din ic-cerimonja. L-istess regola tapplika ghall-Kap ta' l-Oppozizzjoni. |
| Il-Kabinet iddecieda ukoll li fl-Ufficini tal-Ministeri u tad-Dipartimenti | tal-Gvern ikun hemm biss ritratti tal-President ta' Malta u li fl-istess Ufficini ma ghandux ikun hemm ritratti tal-Prim Ministru u tal-Ministri tal-Kabinett. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901