Il-Ministru Charles Buhagiar jiltaqa' ma' l-UHM
PR2147
11/12/1996
| Wiehed mill-ghanijiet tar-Ristrutturazzjoni tal-Ministeru | ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni huwa li jkun identifikat ix-xoghol ta' kull haddiem li jaqa' fid-dipartimenti tal-Ministeru. B'hekk kull haddiem ikun jaf x'inhu xoghlu u jkun aktar efficjenti f'dak li jkun qieghed jaghmel. Dan qalu il-Ministru Charles Buhagiar waqt laqgha li huwa kellu ma' delegazzjoni mill-Union Haddiema Maqghudin imexxija mis-Sur Maurice Agius. |
| Il-Ministru Buhagiar qal li problema kbira li hawn fis-sistema | prezenti hi li hafna mill-haddiema ma jkunux qeghdin jahdmu fuq xoghol li huma suppost ikunu jaghmlu. Il-Ministru Buhagiar qal li din il-problema ghandha tkun studjata u solvuta biex b'hekk il-pjanijiet biex ikun hemm edukazzjoni tal-haddiema sew f'dawk li huma 'skills' kif ukoll f'dik li hija awareness ghal sahha u sigurta fuq il-post tax-xoghol ikunu jistghu jitwettqu bis-serjeta. |
| Il-Ministru Buhagiar spjega kif l-Education Unit li twaqqfet fi | hdan il-Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici ser taghti attenzjoni specjali fl-iskali z-zghar tal-haddiema. Il-pjan huwa li n-nies jedukaw irwiehom u jitrawwmu fuq ix-xoghol u din l-edukazzjoni li jiehdu tghin biex javvanzaw fil-grad tax-xoghol. B'hekk il-haddiem ikun incentivat mhux biss ghax ikun edukat imma wkoll ghax ikollu spazju ghall-progress fix-xoghol tieghu. |
| Minn naha taghha l-union qalet li hija taqbel hafna ma' dan il-pjan | biex il-haddiem jigi mghallem w incentivat. Hija qalet li sfortunatament f'hafna kazi huma n-nies stess f'dawn il-gradi li ma jkunux motivati biex jaghmlu progress f'xoghlhom. |
| Il-Ministru Buhagiar u l-U.H.M. iddiskutew ukoll il-qaghda | tal-haddiema fil-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma. Il-Ministru Buhagiar tenna li gie ikkomissjonat studju dwar kif il-management jigi mtejjeb. Huwa qal li ghandu jinghata xoghol produttiv lil kulhadd u ghalhekk fejn il-haddiema huma kapaci, is-servizzi taghhom ghandhom jigu uzati, u mhux jitqabbdu kuntratturi privati. |
| Matul din il-laqgha gew diskussi wkoll il-progetti tat-toroq, ix-xoghol | ta' kostruzzjoni matul ix-xhur tas-Sajf, kif ukoll ir-rimi ta' l-iskart. Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm ukoll is-Sur Joe Gerada, il-President ta' l-Union, is-Sur Gaetano Tanti, Assistent Segretarju Generali tal-Union u s-Sur Joe Vella, Segretarju Taqsima Servizzi Generali. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901