Gharfien lil Dinjitarji Maltin fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta
PR2137
10/12/1996
| L-uzu tal-Ministerial Lounges fl-Ajruport Internazzjonali ta' | Malta gie estiz ghall-ex Presidenti ta' Malta, l-ex Prim Ministri, l-ex Arcisqfijiet ta' Malta, l-ex Primi Mhallfin, l-ex Speakers tal-Kamra tad-Deputati u l-Isqof ta' Ghawdex. Il-Ministerial Lounges fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta se jkunu jistghu jintuzaw minn dawn il-persuni b'rikonoxximent tal-hidma li ghamlu f'wahda minn dawn il-karigi. Din id-decizjoni ittiehdet mill-Kabinett tal-Ministri b'rikonoxximent lid-dinjitarji Maltin ghas-servizz li taw fl-oghla istituzzjonijiet tal-pajjiz. |
| B'hekk dawn id-dinjitarji li kienu okkupaw xi kariga minn dawk | imsemmija, issa huma intitolati li meta johorgu jew jidhlu f'pajjizna mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta juzaw il-Ministerial Lounges li hemm fl-Ajruport ta' Malta. Sa issa dawn il-facilitajiet kienu juzawhom biss il-President ta' Malta, il-Prim Ministru, l-Arcisqof, il-Prim Imhallef, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, Ministri, Segretarji Parlamentari u l-Kap ta' l-Oppozizzjoni. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901