Il-Ministru Evarist Bartolo jheggeg ghall-apprezzament tal-Wirt Storiku u Kulturali
PR2135
10/12/1996
| Il-Ministru Evarist Bartolo ghamel diskors qasir waqt l-ikla | annwali organizzata mill-Fondazzjoni Patrimonju Malti lil tnejn u erbghin kumpanija li sponsorjaw attivitajiet biex jigbru u jxerrdu taghrif dwar wirt storiku u kulturali. |
| Il-Ministru Bartolo rringrazzja lil Fondazzjoni u lil dawk | il-kumpaniji kummercjali ghall-isforzi u appogg ghal dawn l-attivitajiet. Ikun tajjeb li bl-istess mod dawn jappoggjaw inizjattivi simili fl-iskejjel sekondarji. Huwa appella lil Fondazzjoni Patrimonju Malti biex f'dawn l-attivitajiet jiftakru fit-tfal u zghazagh biex il-quddiem ikunu jistghu japprezzaw il-wirt storiku u kulturali Malti. Il-Ministru Bartolo qal li jekk fit-tlettax-il sena li jaghmlu jmorru l-iskola ma jinghatawx l-opportunita biex japprezzaw dan il-wirt, mhux ta' b'xejn jibqghu 'l boghod minnhom. |
| Il-Ministru temm id-diskors tieghu billi qal li "rridu nahdmu | biex dan l-apprezzament isehh mill-curriculum ta' l-iskejjel. Qabel inkomplu nxerrdu dan l-apprezzament ahjar naraw kif naghmlu biex nikkonservaw dak li ghandna bhala bini fil-Kottonera, fl-Imdina u fil-Belt Valletta, bhall-arazzi fil-Konkattidral ta' San Gwann li ghandhom bzonn kbir ta' restawr. Ghandna nahdmu flimkien biex insalvaw dan il-wirt flok ninfexxu f'piki bejnietna. Ghandna bzonn nizguraw li f'pajjizna jkollna nies li ghandhom il-hila li jikkonservaw u jirrestawraw dan il-wirt storiku ta' pajjizna" temm ighid il-Ministru. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901