Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru tax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni bi twegiba ghal Stqarrija mahruga mill-Oppozizzjoni

PR2118
Date Icon 06/12/1996
B'referenza ghall-istqarrija mahruga mill-OppozizzjoniNazzjonalista bit-titlu "Fil-Qasam ta' l-ilma , tal-Labour fallew qabel ma bdew", tal-lum 6 ta' Dicembru 1996, il-Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni jrid jenfasizza li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien konxju mid-diffikultajiet finanzjarji kbar li kienet qed thabbat wiccha maghha il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma tant li bhala Gvern kien qieghed jikkonsidra li jgholli t-tariffi ta' l-ilma.
Ta'min isaqsi kif il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern fl-1993, kienikkalkula li bit-tariffi godda matul is-sena 1996, il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma kienet iddahhal is-somma ta' tlettax (13) il-miljun lira Maltin meta fil-fatt irrizulta li l-akbar dhul ma jkunx jeccedi is-sebgha punt erbgha (7.4) miljun lira. Jista' l-Partit Nazzjonalista jispjega d-diskrepanza fil-kalkoli li saret fiz-zmien li l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern?
Rigward il-kritika li saret dwar li l-Korporazzjoni ghas-Servizzita' l-Ilma li ghandha nies zejda maghha minhabba li dawn dahlu mal-Gvern ftit qabel l-elezzjoni tal-1987, il-Ministeru jixtieq jigbed l-attenzjoni tal-Partit Nazzjonalista li huwa kellu ghaxar snin biex jirranga din is-sitwazzjoni.
Il-Gvern Laburista qieghed ihejji studju dwar kif dinil-Korporazzjoni trid tigi ristrutturata sabiex tkun tista' tahdem b'mod efficjenti fejn il-haddiema, inkluz dawk li hemm zejda, jinghataw xoghol produttiv; u jinhadem pjan finanzjarju fit-tul ghal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma. Dan kollu ser isir bi qbil mal-Unions li jirraprezentaw lill-haddiema.
Il-Gvern Laburista jichad bl-aktar mod kategoriku li xi darba saretxi tip ta' pressjoni jew intimidazzjoni fuq l-ex-Chairman tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex dan jirrezenja mill-kariga tieghu.
Ghal darba ohra l-Gvern Laburista qieghed iwieghed l-ghajnunakollha tieghu lill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma, sabiex il-haddiema jinghataw il-hlas dovut lilhom b'mod regolari.
Il-Gvern Laburista jikkundanna lill-Partit Nazzjonalista meta kienfil-Gvern, li bl-agir tieghu pprova jahbi s-sitwazzjoni mwera tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma minflok ma pprova jibni l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta'l-Ilma fuq sisien sodi. Il-Gvern Laburista jikkundanna bil-qawwa kollha lill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern talli pprova juri li kollox kien miexi sewwa meta fil-fatt il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta l-Ilma kienet fuq xifer ta' falliment.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow