Left arrow Mur Lura

Diskussa l-Proprjeta' tal-Knisja mixtrija mill-Gvern

PR2089
Date Icon 04/12/1996
Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Freddie Portelli, il-bierah kellulaqgha mar-rapprezentanti tal-Gvern li hemm fil-Kumitat tal-Kontroll. Dan il-Kumitat isegwi t-twettiq tal-Ftehim li kien sar fl-1991 bejn l-Istat Malti u l-Knisja dwar proprjeta' li l-Gvern xtara minghand il-Knisja.
Fil-laqgha nghata taghrif sa fejn waslet il-hidma ta' danil-Kumitat biex tigi identifikata l-proprjeta' msemmija u tinkiseb l-informazzjoni dwarha minghand il-Knisja. Gew diskussi wkoll diffikultajiet ta' natura amministrativa. Il-Ministru sahaq dwar l-iskop socjali tal-Ftehim u stqarr li t-twettiq ta' dan il-Ftehim jghin halli tittaffa l-problema tad-djar anke permezz ta' art li tista' tinbena.
Fil-laqgha hadu sehem ir-rapprezentanti tal-Gvern fuq il-Kumitat lihuma s-Sur Edgar Wedge u n-Nutar Dr. Mario L. Felice li ilhom iservu fil-Kumitat mindu twaqqaf. Mill-Ministeru hadu sehem ukoll is-Sur Alex Vella Segretarju Privat, is-Sur Michael Micallef, Assistent Personali u l-Perit Stefan C. Buontempo.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow