Left arrow Go Back

-Ministru Charles Buhagiar f'laqgha mal-Federazzjoni ta l-Industrija

PR2078
Date Icon 03/12/1996
L-industrija tal-bini qed tinghata importanza kbira u xhieda ta'dan huwa il-fatt li giet inkluza taht ministeru u qeghda tinghatha c-cans li jkollha qafas minn fejn tahdem b'mod sistematiku. Dan qalu il-Ministru Charles Buhagiar f'laqgha li huwa kellu mal-Federazzjoni ta' l-Industrija. Huwa qal li l-industrija tal-bini hija t-tieni l-ikbar industrija u ghalhekk hemm bzonn li l-bzonnijiet taghha u l-impatt li hija ghandhom fuq l-ekonomija tal-pajjiz jkunu studjati bis-serjeta u jigu rikonoxxuti.
Il-Ministru Buhagiar qal li ghal dan il-ghan ser ikun imwaqqafKunsill Konsultattiv ghall-Industrija tal-Bini li huwa ppjanat li jipprovdi forum fejn,wara tahdidiet ma'kull min huwa involut, jintlahaq konsensus fuq il-progetti taht diskussjoni. Il-Ministru Buhagiar spejga kif dan il-kunsill bihsiebu jinkludi nies minn kull qasam ta l-industrija tal-bini fosthom kuntratturi minn kull settur, sidien tal-barrieri, ambjentalisti, agenti tal-projeta fakultajiet mill-Universita' u ohrajn.
Il-Ministru Buhagiar qal li hemm oqsma li fuqhom diga qed jiguppreparati 'papers' li jridu jigu diskussi mmedjatament. Fost dawn l-oqsma hemm il-bzonn ta edukazzjoni fost in-nies li jahdmu fl-indusrija tal-bini. Huwa qal hemm bzonn ta korsijiet fuq dak li huwa 'project management' u 'awareness' ta' techniques u metodi godda. Il-Ministru Buhagiar qal li se jitwaqqaf ukoll Centru ghar-Ricerka ta' l-industrija tal-bini li jkun joffri wkoll sistema ta monitoring tas-suq tal-proprjeta'. Huwa qal li bhalissa qed isir survey fost il-pubbliku generali dwar kif in-nies iharsu lejn l-industrija tal-bini u x'jista' jsir biex il-pubbliku in generali jinqeda ahjar. Oqsma ohra li qed jigu studjati diga huma l-assikurazzjoni tal-kwalita, is-sahha u s-sigurta fuq il-post tax-xoghol, is-suq tal-propjeta' u lis-spettorat tal-bini.
Minn naha taghha il-federazzjoni ta' l-industrija laqghet dawnil-pjanijiet u qalet li pjanijiet bhal dawn huma konformi mal-pjanijiet li hi bhala federazzjoni tixtieq tiddiskuti mal-gvern. Is-sur Godwin Micallef qal li hemm bzonn ukoll li jkun hemm klassifikazzjoni tal-kuntratturi. Is-Sur Anglu Xuereb u s-Sur Joe Micallef qalu li bhalissa hemm nuqqas kbir ta' haddiema li huma skilled labourers u ghalhekk hemm bzonn li jkun hemm incentivi li jimmotivaw lill-haddiema.
Il-Ministru Buhagiar qal ukoll li se jibdew diskussjonijiet biex l-iskolatal-bini tigi upgraded u tipprovdi 'continous education'. Huwa qal li l-gvern ghandu f'mohhu li l-industrija privata fil-pjanijiet tal-gvern fosthom fil-qasam tal-Housing socjali u fi progetti t'Urban Redevelopment. Fil-laqgha gew diskussi ukoll problemi ohra fosthom r-rimi tal-materjal uzat fil-progetti tal-kostruzzjoni.
Il-Ministru Buhagiar stieden lill-Federazzjoni biex taghti l-propostitaghha f'oqsma ta' koperazzjoni bejn l-industrija privata u l-gvern.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow