Zjara Ufficjali tal-Ministru tas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja fl-Isptar Boffa
PR2075
03/12/1996
| Il-Ministru tas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, | it-Tabib Michael Farrugia, il-bierah it-2 ta' Dicembru, ghamel zjara ufficjali gewwa l-Isptar Boffa, fejn gie mdawwar mal-post mill-ufficjali ta' l-Isptar. |
| Il-Ministru Michael Farrugia seta' jara l-facilitajiet li joffri | dan l-Isptar li prezentement jakkomoda mat-tmenin pazjent li tletin minnhom huma anzjani li m'ghandhomx post fl-Isptar San Vincenz de Paule. Fost affarijiet ohra l-Ministru Michael Farrugia ra t-taghmir li jintuza biex jghin fil-kura tal-pazjenti li jbatu bil-kancer, bil-mard tal-gilda, kif ukoll ta' l-"Ispinal injuries". |
| F'kelmtejn li ghamel lill-gurnalisti, it-Tabib Farrugia spjega li | l-politika tal-Gvern hija li jaghti awtonomija lill-Isptarijiet. Din l-awtonomija ghandha tkun "accountable" f'kull settur. Il-Ministru Farrugia semma li l-unika sptar li s'issa qed jithaddem l-awtonomija, huwa l-Isptar Zammit Clapp. Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Isptar Zammit Clapp qed tigi studjata. Minn meta fetah l-Isptar Zammit Clapp sal-ahhar tan-1995, bejn deficjenzi akkumulati matul is-snin, kredituri u hlas iehor li ghandu jsir, it-tmexxija ta' l-Isptar Zammit Clapp trid tahseb ghal madwar ftit inqas minn miljun lira ohra biex taghmel tajjeb ghas-sitwazzjoni finanzjarja. Ghalhekk ghandu jsir studju dettaljat biex meta l-Isptar Boffa jsir awtonomu ma jiltaqax ma' l-istess problemi li ltaqa' maghhom l-Isptar Zammit Clapp, li fejn tidhol is-sitwazzjoni finanzjarja tieghu bl-ebda mod m'huwa mudell. |
| Fuq mistoqsijiet tal-gurnalisti fir-rigward tal-Isptar San Raffaele, | il-Ministru Farrugia qal li r-rapport li hareg huwa l-ewwel minn sensiela, u li se jkun hemm rapporti ohra li jkopru s-setturi kollha li ghandhom x'jaqsmu ma dan il-bini li hemm gewwa Tal-Qroqq. |
| Fuq mistoqsija ohra dwar l-uzu ta' dan il-bini l-Ministru Farrugia | tenna li qabel ma jitlestew ir-rapporti kollha tal-esperti din id-decizjoni ma tistax tittiehed. |
| It-Tabib Farrugia temm id-diskors tieghu billi rringrazzja l-"istaff" | kollu tal-Isptar Boffa tax-xoghol siewi li qed jaghmel fir-rigward tas-sahha lejn ic-cittadini Maltin kollha. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901