Left arrow Mur Lura

Il-Prim Ministru lura Malta mis-Summit ta' l-O.S.C.E.

PR2071
Date Icon 03/12/1996
Il-Prim Ministru Dr Alfred Sant illum wara nofsinhar wasal luraMalta minn Lisbona wara li l-bierah indirizza s-Summit ta' l-Organizzazzjoni tas-Sigurta' u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) li ghalih kienu prezenti Kapijiet ta' 54 gvern mill-Ewropa, l-Amerika u l-ex-Unjoni Sovjetika.
Kemm dam Lisbona, il-Prim Ministru kellu wkoll laqghat bilateralimal-President tas-Slovakkja Michal Kovac, mal-Prim Ministru ta' l-Ungerija Gyula Horn u mal-Prim Ministru tal-Belgju Jean-Luc Dehaene. Ghal dawn il-laqghat kien prezenti wkoll id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Dr George Vella.
Il-Prim Ministru fisser lill-President Slovakk il-politika Ewropeatal-Gvern Malti. Il-President Kovac, li kien akkumpanjat mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Slovakk Pavol Hamzik, min-naha tieghu fisser l-ahhar zviluppi fir-relazzjonijiet bejn pajjizu u l-Unjoni Ewropea. L-istess suggett gie diskuss fil-laqgha mal-Prim Ministru Ungeriz, li kien akkumpanjat mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Laszlo Kovacs
Matul dawn id-diskussjonijiet kien hemm qbil li fl-arkitetturagdida Ewropea, kull pajjiz irid jiehu pozizzjoni li tghodd ghac-cirkostanza partikolari tieghu. Fil-laqghat, Dr Alfred Sant iddiskuta l-possibbilta' li Malta ssahhah ir-rabtiet ekonomici u politici mas-Slovakkja u l-Ungerija. Kien hemm qbil fuq din il-bazi, li ghandha ssir inizjattiva diplomatika mill-Gvern Malti biex jigu esplorati toroq godda ta' koperazzjoni ma' l-Ungerija u mas-Slovakkja.
Fil-laqgha li kellu mal-Prim Ministru Belgjan, Dr Sant ta spjegashiha tal-pozizzjoni tal-Gvern Malti dwar ir-relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru Dehaene qal li issa l-Unjoni Ewropea trid tara kif se tirreagixxi ghall-proposti ta' Malta, fil-qafas tal-hafna impenji li l-membri ta' l-Unjoni Ewropea iridu jiddeciedu dwarhom fix-xhur li gejjin. Iz-zewg nahat qablu li l-gvern Malti ghandu jkompli jispjega mal-pajjizi Ewropej il-politika ta' Malta lejn l-Unjoni Ewropea. Ghal din il-laqgha kien prezenti il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Belgjan Erik Derycke.
Il-Prim Ministru Malti kellu wkoll laqgha informali mal-PrimMinistru ta' l-Isvezja Goran Persson. Din il-laqgha offriet opportunita' estensiva biex fost affarijiet ohra, il-Prim Ministru Malti jiddiskuti mal-Prim Ministru Svediz, il-politika Ewropea tal-Gvern Malti. Il-Prim Ministru Svediz indika li jaghti l-appogg tieghu lill-pozizzjoni Maltija.
F'Lisbona, il-Prim Ministru Malti kellu laqghat informali wkollmal-President Franciz Jacques Chirac, mal-President ta' l-Albanija Sali Berisha, mal-Prim Ministru tal-Lussemburgu Jean-Claude Juncker u mal-Prim Ministru tar-Repubblika Ceka Vaclav Klaus.
Il-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, it-TabibGeorge Vella, illum mexxa d-Delegazzjoni Maltija fit-tieni jum tas-Summit ta' l-OSCE f'Lisbona.
Id-delegazzjoni Maltija tinkludi wkoll lill-Membru ParlamentariChris Agius u l-Ambaxxatur ta' Malta ghall-OSCE, is-Sur Maurice Abela.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow