Il-Prim Ministru lura Malta mis-Summit ta' l-O.S.C.E.
PR2071
03/12/1996
| Il-Prim Ministru Dr Alfred Sant illum wara nofsinhar wasal lura | Malta minn Lisbona wara li l-bierah indirizza s-Summit ta' l-Organizzazzjoni tas-Sigurta' u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) li ghalih kienu prezenti Kapijiet ta' 54 gvern mill-Ewropa, l-Amerika u l-ex-Unjoni Sovjetika. |
| Kemm dam Lisbona, il-Prim Ministru kellu wkoll laqghat bilaterali | mal-President tas-Slovakkja Michal Kovac, mal-Prim Ministru ta' l-Ungerija Gyula Horn u mal-Prim Ministru tal-Belgju Jean-Luc Dehaene. Ghal dawn il-laqghat kien prezenti wkoll id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Dr George Vella. |
| Il-Prim Ministru fisser lill-President Slovakk il-politika Ewropea | tal-Gvern Malti. Il-President Kovac, li kien akkumpanjat mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Slovakk Pavol Hamzik, min-naha tieghu fisser l-ahhar zviluppi fir-relazzjonijiet bejn pajjizu u l-Unjoni Ewropea. L-istess suggett gie diskuss fil-laqgha mal-Prim Ministru Ungeriz, li kien akkumpanjat mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Laszlo Kovacs |
| Matul dawn id-diskussjonijiet kien hemm qbil li fl-arkitettura | gdida Ewropea, kull pajjiz irid jiehu pozizzjoni li tghodd ghac-cirkostanza partikolari tieghu. Fil-laqghat, Dr Alfred Sant iddiskuta l-possibbilta' li Malta ssahhah ir-rabtiet ekonomici u politici mas-Slovakkja u l-Ungerija. Kien hemm qbil fuq din il-bazi, li ghandha ssir inizjattiva diplomatika mill-Gvern Malti biex jigu esplorati toroq godda ta' koperazzjoni ma' l-Ungerija u mas-Slovakkja. |
| Fil-laqgha li kellu mal-Prim Ministru Belgjan, Dr Sant ta spjega | shiha tal-pozizzjoni tal-Gvern Malti dwar ir-relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru Dehaene qal li issa l-Unjoni Ewropea trid tara kif se tirreagixxi ghall-proposti ta' Malta, fil-qafas tal-hafna impenji li l-membri ta' l-Unjoni Ewropea iridu jiddeciedu dwarhom fix-xhur li gejjin. Iz-zewg nahat qablu li l-gvern Malti ghandu jkompli jispjega mal-pajjizi Ewropej il-politika ta' Malta lejn l-Unjoni Ewropea. Ghal din il-laqgha kien prezenti il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Belgjan Erik Derycke. |
| Il-Prim Ministru Malti kellu wkoll laqgha informali mal-Prim | Ministru ta' l-Isvezja Goran Persson. Din il-laqgha offriet opportunita' estensiva biex fost affarijiet ohra, il-Prim Ministru Malti jiddiskuti mal-Prim Ministru Svediz, il-politika Ewropea tal-Gvern Malti. Il-Prim Ministru Svediz indika li jaghti l-appogg tieghu lill-pozizzjoni Maltija. |
| F'Lisbona, il-Prim Ministru Malti kellu laqghat informali wkoll | mal-President Franciz Jacques Chirac, mal-President ta' l-Albanija Sali Berisha, mal-Prim Ministru tal-Lussemburgu Jean-Claude Juncker u mal-Prim Ministru tar-Repubblika Ceka Vaclav Klaus. |
| Il-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, it-Tabib | George Vella, illum mexxa d-Delegazzjoni Maltija fit-tieni jum tas-Summit ta' l-OSCE f'Lisbona. |
| Id-delegazzjoni Maltija tinkludi wkoll lill-Membru Parlamentari | Chris Agius u l-Ambaxxatur ta' Malta ghall-OSCE, is-Sur Maurice Abela. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901