Left arrow Mur Lura

Il-Ministru ta' l-Industrija jzur il-Crafts Village f'Ta' Qali

PR2064
Date Icon 02/12/1996
Il-Ministru ta' l-Industrija, l-Onor. John Attard Montalto,dal-ghodu zar il-Crafts Village f'Ta'Qali. Huwa spezzjona kif partijiet mill-villagg tnaddfu matul dawn l-ahhar ghaxart' ijiem.
Il-Ministru Attard Montalto qal li l-artiggjanat huwa meqjus bhalaindustrija, izda aktar minn hekk huwa arti. Dan il-post huwa popolari hafna mat-turisti ghaliex fih huma jistghu jaraw x'artiggjanat qed joffri pajjizna. Dr. Attard Montalto qal li meta ftit zmien ilu kienu jigu t-turisti kienu jsibu munzelli ta' zibel u radam jilqaghhom, izda illum qeghdin naraw kif il-Crafts Village beda jitnaddaf wara li kien abbandunat u minsi ghal snin twal. Il-Ministru zied ighid li din kienet xi haga ta' misthija ghaliex, altru milli hekk, il-Crafts Village ghandu jkun "showpiece" ta' l-artiggjanat lokali. Huwa rringrazzja lis-Sur Vladimir Cini li fi zmien qasir ha hsieb it-tindif tal-post.

Ta' Qali ghandu diversi problemi li l-Ministeru sejjer jindirizza. Barra l-problema tal-hmieg li digà qeghda tigi indirizzata, hemm ukoll problema ta' nuqqas ta' sigurtà. Tul dawn l-ahhar snin kien hemm diversi serqiet mill-hwienet fil-villagg: ghalhekk, hemm il-hsieb li l-villagg ikun effettivament cirkondat permezz ta' fencing. Il-Ministru semma wkoll li, b'koordinazzjoni ma' l-EneMalta, il-post ser jiddawwal u ser tigi rrangata l-provvista ta' l-elettriku ghaliex fil-prezent spiss qed ikun hemm qtugh ta' dawl.

Il-Ministru qal li fil-prezent il-Crafts Village huwa maqsum f'zewgpartijiet; hemm il-pjani imhejjija sabiex dawn il-partijiet jigu integrati f'villagg wiehed. Il-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp (MDC) qed tistudja proposti sabiex, bil-kunsens ta' kull min hu involut, isir caqlieq ta' dawk il-fabbriki li mhumiex strettament ta' natura artiggjanali - ghalihom ghandu jinstab post alternattiv.
Huwa stqarr li n-'Nissen huts' li hemm fil-prezent m'humiex il-modideali kif tesebixxi l-artiggjanat. Fil-passat kienet idea tajba li dawn il-huts - li kienu wzati mill-militar - jigu konvertiti f'workshops ghall-artiggjani. Madankollu, llum aktar qeghdin nirrealizzaw li l-ewwel ma tiekol hi l-ghajn, u l-Gvern ser jara li l-Crafts Village jinghata dehra isbah.
Mistoqsi dwar kemm ser jiehu zmien il-progett, il-Ministru AttardMontalto qal li dan jiddependi primarjament mill-hrug tal-permessi mill-Awtorità ta' l-Ippjanar. Huwa ta' l-opinjoni li l-Awtorità ghandha taghti prijorità gholja lil dan il-progett; fil-fatt nhar il-Hamis li ghadda rapprezentanti ta' l-MDC ltaqghu ma' l-Awtorità ta' l-Ippjanar sabiex jithaffu l-proceduri. Sadanittant, kull ma hu ghall-gid tal-Crafts Village li l-Ministeru seta' jaghmel minghajr l-intervent ta' korpi ohra, huwa qieghed jaghmlu. It-tindif li digà beda huwa xiehda ta' dan.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow