Imnedija skema specjali ta' Assistenza finanzjarja ghall-Ghaqdiet Voluntarji, Self Help Groups u Support Groups f'Ghawdex
PR2060
02/12/1996
| Illum it-Tnejn, 2 ta' Dicembru saret laqgha ghall-ghaqdiet | volontarji, "Self Help Groups" u "Support Groups" Ghawdxin fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, fejn giet imnedija skema specjali ta' assisstenza finanzjarja lill-dawn l-organizzazzjonijiet. |
| Din l-iskema giet imhabbra mis-Segretarju Parlamentari | ghall-Ghawdex Dr. Anton Refalo, li qal li l-Gvern mhux biss huwa impenjat, izda huwa wkoll fid-dmir, li jghin lil dawn l-organizzazzjonijiet li, fil-bicca l-kbira taghhom, jiddependu minn nies li jaghtu hafna mill-hin liberu taghhom, b'sagrificcji personali kbar, sabiex jghinu lil dawk li huma aktar fil-bzonn minnhom. |
| L-iskema tahseb sabiex tigi pprovduta ghajnuna finanzjarja, li | tassisti lil dawn l-organizzazzjonijiet fl-attivitajiet u programmi li huma jixtiequ jwettqu fil-qasam socjali. Dawk l-organizzazzjonijiet li jixtiequ japplikaw ghal din l-iskema jistghu jaghmlu dan billi jiksbu formoli apposta mis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex. |
| Prezenti ghal-laqgha kien hemm is-Sur Frank Psaila, Segretarju | Permanenti fis-Segretarjat ghal Ghawdex kif ukoll is-Sur Vince Tonna N.G.O. Liaison Officer fil-Ministeru ghas-Sigurta Socjali. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901