Left arrow Go Back

- Il-Prim Ministru dwar il-Paci, il-koperazzjoni u s-sigura' fil-Mediterran

PR2059
Date Icon 02/12/1996
Il-Prim Ministru Dr Alfred Sant illum tkellem dwar il-bzonn li l-Organizzazzjonighas-Sigurta' u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) tkun aktar attiva ghall-paci, is-sigurta' u l-koperazzjoni fil-Mediterran. Il-Prim Ministru kien fost wiehed u sittin Kap ta' Stat li qed jattendu s-Summit ta' l-OSCE fil-kapitali tal-Portugall, Lisbona.
Il-Prim Ministru Alfred Sant tkellem dwar il-politika tal-GvernMalti dwar l-OSCE u l-impenn tal-Gvern Malti li jaghti kontribut shih lil din l-organizzazzjoni fid-diversi oqsma taghha. Huwa tkellem ukoll dwar il-politika tan-newtralita' tal-Gvern Malti li tikkontribwixxi ghas-sigurta' u l-istabbilita' fic-centru tal-Mediterran.
Il-Prim Ministru tkellem dwar il-kontribut ta' Malta li tghin fl-inizjattivikollha li tiehu l-OSCE fil-limiti tar-rizorsi ta' pajjizna. Hu tkellem dwar il-hidma li trid issir biex l-OSCE tkun aktar attiva ghall-paci u l-koperazzjoni fil-Mediterran.
Kemm idum f'Lisbona il-Prim Ministru mistenni jiltaqa' ma' Kapijietta' pajjizi barranin ghal diskussjonijiet bilaterali. Il-lejla huwa mistenni jiltaqa' mal-Prim Ministri ta' l-Ungerija u tal-Belgju.
Il-Prim Ministru jinsab akkumpanjat mid-Deputat Prim Ministru DrGeorge Vella, u s-Sur Chris Agius, Membru Parlamentari.
Id-Deputat Prim Ministru Dr George Vella dalghodu ltaqa' ma'Lamberto Dini, il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Italja fejn iddiskutew relazzjonijiet bilaterali u laqghat ohra fil-futur qrib. Id-Deputat Prim Ministru ltaqa' wkoll ma' Karl Bildt, il-Mibghut Specjali ta' l-Unjoni Europea ghall-Bosnija u ddiskutew il-Ftehim ta' Daytona.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow