Left arrow Mur Lura

Il-Ministru tal-Biedja u Sajd, l-Onor Noel Farrugia, jiltaqa' mal-Kummissarju Gholi Ngliz Graham Archer

PR2055
Date Icon 30/11/1996
Il-Ministru tal-Biedja u Sajd, l-Onor Noel Farrugia kellu laqghakordjali ma' l-Eccellenza Tieghu Graham Archer, il-Kummissarju Gholi Ngliz f'Malta.
Waqt din il-laqgha, il-Ministru Farrugia tkellem dwar il-possibilta'ta' aktar koperazzjoni fil-qasam tal-biedja bejn iz-zewg pajjizi l-aktar bil-ghan li tizdied l-esportazzjoni ta' prodotti tal-biedja ghas-suq Ingliz. Huwa esprima l-impenn li b'din il-hidma l-bidwi Malti jkun jista' jtejjeb il-kwalita' u l-varjeta' tal-prodott tieghu u b'hekk jista' jtejjeb il-livell tal-ghixien tieghu.
Il-Ministru Farrugia esprima x-xewqa tieghu li l-Gvern Inglizjoffri servizz ta' konsulenza fil-qasam ta' grading ahjar u aktar professjonali u ta' ghajnuna teknika fil-qasam tat-trobbija tan-nahal, li bhalissa tinsab f'qaghda mwieghra hafna.
Il-Ministru Farrugia talab l-ghajnuna tal-Kummissarju Gholi GrahamArcher biex jigu zviluppati kuntatti bejn ghaqdiet volontarji bl-iskop li persuni bi bzonnijiet specjali jkunu jistghu jigu ntegrati fi progetti agrikoli.
L-Eccellenza Tieghu Graham Archer, waqt li ferah lill-MinistruFarrugia ghall-hatra tieghu, esprima x-xewqa li jkun hemm hidma aktar mill-qrib bejn iz-zewg nahat fil-futur.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow