Left arrow Mur Lura

Appell biex jithares l-Ambjent Naturali

PR2044
Date Icon 29/11/1996
Il-Ministru tal-Biedja u s-Sajd Noel Farrugia appellaghall-koperazzjoni tal-pubbliku biex isir sforz kollettiv biex inharsu u nipprotegu s-sigar u l-ambjent naturali ta' pajjizna.
Huwa qal li f'dawn iz-zminijiet tas-sena, sfortunatament, issirhafna hsara mill-pubbliku li jaqilghu sigar tac-cipress u jqacctu frieghi tas-sigar tal-prinjol biex juzawhom bhala dekorazzjoni ghall-festi tal-Milied li mbaghad jintremew ftit jiem wara.
Il-Ministru Farrugia qal ukoll li ssir hafna hsara lill-ambjentnaturali ta' pajjizna minn nies li jaqtghu l-frieghi tas-saghtar biex izejnu l-presepji.
Dan intqal mill-Ministru waqt li kien qieghed izur lir-residenti ta'l-Imtarfa u fl-istess hin jara ix-xoghlijiet li qed isiru f'dan il-lokal minn haddiema tad-Dipartiment tal-Biedja.
Hafna minn din il-hsara hija irreparabbli u hija vera hasra li taranumru ta' sigar u pjanti meqruda ghal kollox minhabba l-egoizmu ta' ftit nies.
Il-Ministru Farrugia qal li huwa fl-interess tal-poplu Malti uGhawdxi kollu li ma' nhallux lil min jaghmel dawn l-atti vandali.
Biex titnaqqas kemm jista' jkun din il-hsara, id-Dipartimenttal-Biedja qieghed joffri ghall-bejgh pjanti tac-cipress kif ukoll frieghi tal-prinjol li jkunu maqtugha bis-sengha biex ma ssirx hsara lis-sigar.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow