Il-Ministru tal-Biedja u Sajd l-Onor. Noel Farrugia jiltaqa' ma' l-Ambaxxatur ta' l-Olanda ghal Malta
PR2028
27/11/1996
| Il-Ministru tal-Biedja u s-Sajd l-Onor. Noel Farrugia, dalghodu | kellu laqgha mal-Ambaxxatur Olandiz, l-E.T. Charles Ronald van Beuge. |
| Waqt din il-laqgha l-Ministru Farrugia u l-Ambaxxatur Olandiz | iddiskutew il-futur tal-koperazzjoni bilaterali bejn Malta u l-Olanda ghas-Settur tal-Biedja u s-Sajd. Fost il-punti li gew diskussi kien hemm l-izvilupp ta' koperazzjoni ekonomika u kummercjali, kif ukoll dik socjali u kulturali bejn iz-zewg pajjizi. |
| Il-Ministru Farrugia wera' x-xewqa li jigi mistharreg kif nistghu | nizviluppaw l-agroturizmu, u kif l-Olanda tista' tkun ta' ghajnuna f'dan il-qasam. |
| Giet diskussa wkoll il-possibilta' li jitfassal programm ta' | koperazzjoni bl-iskop li z-zghazagh Maltin u Ghawdxin ikollhom opportunitajiet li jitharrgu f'livell aktar avvanzat u modern, partikolarment fil-produzzjoni, grading u marketing ta' prodotti tal-biedja. |
| Il-Ministru Farrugia talab lill-E.T. van Beuge biex iwassal stedina | lill-Ministru tal-Biedja Olandiz bil-ghan li jaghmel zjara f'Malta flimkien ma' missjoni agrikola sabiex tigi kkordinata l-hidma futura bejn iz-zewg Ministri. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901