Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent, Dr. George Vella se jkollu laqghat fi Brussels u f'Londra
PR1989
25/11/1996
| Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' | l-Ambjent, Dr George Vella, nhar it-Tnejn 25 ta' Novembru 1996, se jkollu laqgha fi Brussels u li fiha se jindirizza l-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin tal-15-il pajjiz ta' l-Unjoni Ewropea. F'din il-laqgha Dr Vella mistenni li jispjega l-politika barranija ta' Malta, u l-modi kif il-Gvern Malti jara li ghandha titkompla u tizviluppa r-relazzjoni u l-koperazzjoni ta' pajjizna ma' l-Unjoni Ewropea. |
| B'konnessjoni ma' din il-laqgha l-pajjizi membri ta' l-Unjoni | Ewropea rcevew Aide Memoire minghand il-Gvern Malti li jispjega l-linji generali tal-politika barranija ta' Malta. L-Aide Memoire huwa mistenni li jservi bhala bazi ghad-diskussjoni waqt din il-laqgha. |
| Fi Brussels, Dr Vella mistenni jkollu diversi laqghat ohra, fosthom | mal-Kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea Hans van den Broeck, kif ukoll mad-Deputat Ministru ghall-Affarijiet Barranin Grieg, George Papandreu. |
| Dr Vella mistenni jmur ukoll ir-Renju Unit fejn se jkompli | b'laqghat ma' personalitajiet ohra, fosthom ma' Malcolm Rifkind, Segretarju ghall-Affarijiet Barranin Ingliz. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261891en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR261891