Left arrow Go Back

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent, Dr. George Vella se jkollu laqghat fi Brussels u f'Londra

PR1989
Date Icon 25/11/1996
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta'l-Ambjent, Dr George Vella, nhar it-Tnejn 25 ta' Novembru 1996, se jkollu laqgha fi Brussels u li fiha se jindirizza l-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin tal-15-il pajjiz ta' l-Unjoni Ewropea. F'din il-laqgha Dr Vella mistenni li jispjega l-politika barranija ta' Malta, u l-modi kif il-Gvern Malti jara li ghandha titkompla u tizviluppa r-relazzjoni u l-koperazzjoni ta' pajjizna ma' l-Unjoni Ewropea.
B'konnessjoni ma' din il-laqgha l-pajjizi membri ta' l-UnjoniEwropea rcevew Aide Memoire minghand il-Gvern Malti li jispjega l-linji generali tal-politika barranija ta' Malta. L-Aide Memoire huwa mistenni li jservi bhala bazi ghad-diskussjoni waqt din il-laqgha.
Fi Brussels, Dr Vella mistenni jkollu diversi laqghat ohra, fosthommal-Kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea Hans van den Broeck, kif ukoll mad-Deputat Ministru ghall-Affarijiet Barranin Grieg, George Papandreu.
Dr Vella mistenni jmur ukoll ir-Renju Unit fejn se jkomplib'laqghat ma' personalitajiet ohra, fosthom ma' Malcolm Rifkind, Segretarju ghall-Affarijiet Barranin Ingliz.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  3,000 people attend activities organised by entities within the Ministry over the past days

PR261891en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  3,000 persuna jattendu attivitajiet organizzati minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar jiem

PR261891

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow