Il-Provvista ta' l-Ilma lejn in-Nofs in Nhar ta' Malta
PR1981
22/11/1996
| Minhabba l-qtugh generali fl-energija elettrika li sehhet il-bierah, | il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma kellha tbiddel il-programm ta' l-immaniggjar ta' l-ilma lejn in-nofs inhar ta' Malta b'konnessjoni max-xoghlijiet li qed isiru fl-impjant tar-Reverse Osmosis f'Lapsi. |
| Is-sistema ta' trasferiment tal-produzzjoni ta' l-ilma, mill-impjant | tar-Reverse Osmosis ta' Pembroke lejn il-gibjun tal-Qrendi, zviluppat hsarat b'konsegwenza diretta fil-qtugh ta' l-energija elettrika. Bhalissa qed isir kull sforz sabiex ix-xoghlijiet ta' tiswija jsiru fl-iqsar zmien possibli. |
| Huwa mistenni li din is-sistema ta' trasferiment terga tibda | tithaddem illum wara nofs inhar sabiex b'hekk il-provvista terga lura ghan-normal aktar tard fil-ghaxija, jekk ma jkunx hemm komplikazzjonijiet teknici. |
| Ghaldaqstant il-programm ta' sospensjonijiet fil-lokalitijiet li | kien qed jigi mhabbar jrid jigi revedut. Programm gdid ser jithabbar aktar tard. |
| F'kaz ta' diffikulta il-pubbliku jista jcempel lill-Korporazzjoni | fuq il-Freephone 0800 77 2322. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901