Laqgha bejn il-Ministru tal-Biedja u Sajd u Esperti tal-F.A.O.
PR1978
22/11/1996
| Il-Ministru tal-Biedja u Sajd, l-Onorevoli Noel Farrugia kellu | laqgha ma' zewg esperti tal-FAO li bhalissa jinsabu fuq zjara ta' gimgha f'hidma fid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura. |
| Dawn l-esperti qeghdin jinstallaw sistema kompjuterizzata ta' | informazzjoni dwar l-akwakultura li hija fuq bazi regjonali u tinkludi informazzjoni mill-pajjizi Mediterranji kollha. Din l-informazzjoni tista tkun ta' uzu kemm ghal dipartimenti tal-Gvern kif wkoll ghall-industrija privata u entitajiet ohra, peress li tinkludi mhux biss dettalji fuq is-swieq, izda wkoll dettalji ta' fornituri ta' apparat li jintuza fl-akwakultura, informazzjoni fuq esperti li wiehed jista' jkollu bzonn jikkonsulta u hafna tipi ohra ta' taghrif. Din is-sistema qed tigi installata fic-Centru Nazzjonali ta' l-Akwakultura. |
| Il-Ministru Farrugia talab sabiex fis-sistema tigi ntegrata wkoll | informazzjoni dettaljata dwar l-effett ta' l-akwakultura fuq is-sistema ekologika sabiex ikun imhares l-impatt ambjentali. |
| Prezenti ghall-laqgha mal-Ministru kien hemm ukoll is-Sur George | Carbone, is-Sur Joe Galea u l-Professur Carmelo Agius. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901