Jissahhu r-relazzjonijiet kummercjali u ta' hbiberija bejn Malta u c-Cina
PR1976
21/11/1996
| Iz-zjara fil-Gnien Ciniz, li qed jinbena f'Santa Lucija, li l-Ministru | ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, Charles Buhagiar, u l-Ambuxxatur Ciniz, l-E.T. YuWuzhen, ghamlu dalghodu flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Santa Lucia, sahhet ir-relazzjonjiet kummercjali u ta' hbiberija bejn Malta u Cina. Dan qalu l-Ministru Charles Buhagiar waqt iz-zjara tieghu fuq is-sit tal-Kostruzzjoni ta' dan il-gnien. Huwa qal li dan il-gnien fetah ukoll diskussjoni bejn iz-zewg pajjizi dwar il-bzonn ta' korsijiet, f'dak li huwa 'landscaping', gewwa l-Universita'. Min-naha tieghu l-Ambaxxatur Yu Wuzhen qal li c-Cina lesta li tghin billi ggib f'Malta nies specjalizzati f'dan il-qasam. |
| Il-Ministru Buhagiar gie mdawwar madwar il-gnien mill-Perit Stephen | Pulis li qed jiehu hsieb il-koordinazzjoni tax-Xoghol bejn il-Maltin u c-Cinizi. Huwa wera l-pjanti tal-gnien lid-delegazzjoni u spejga kif il-Maltin ghandhom il-kariga li jlestu s-sistemi ta' l-ilma, tad-dranagg u ta' l-elettriku ghal dan il-gnien. |
| Hemm ukoll mahsuba sistema ta' irrigazzjoni permezz ta' gibjuni | ezistenti. Dan ix-xoghol qed isir minn kuntratturi Maltin taht is-supervizjoni tad-Dipartiment tal-Bini u l-Inginerija fid-Divizjoni tax-Xoghlijiet. |
| Il-koordinazzjoni tax-xoghol tat-tnejn u ghoxrin haddiem li qed | jahdmu kontinwament fuq il-progett qed isir minn Kuang Zhon Yan li jmexxi il-'Suzhou Institute of Landscape Architectural Design'. Il-gnien gie iddisinjat minn enginier Ciniz, Zhang Shu Ouo. |
| Dan il-gnien, ibbazat fuq l-istil klassiku tal-gonna Cinizi li | wiehed jsib fil-Lvant tac-Cina, mistenni jitlesta f'April tas-sena id-diehla. Il-Gnien Ciniz li qed jinbena minn materjal migjub mic-Cina ser jinkludi attrazzjonijiet tipikament Cinizi bhal pagoda, sala ghall-esibizzjoni mibnija fuq stil tradizzjonali Ciniz, blat naturali mill-muntanji Cinizi, stalagmites, u hut tipikament Ciniz. |
| Prezenti ghal din iz-zjara kien hemm delegazzjoni mill-Ambaxxata | Ciniza fosthom il-konsulent ghall-ekonomija u l-kummerc, Zhang You. Kien hemm ukoll is-Sur Joe Borg mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u s-Sindku u l-Kunsilliera ta' Santa Lucija. |
| F'laqgha li ghamel lill-Kunsill Lokali ta' Santa Lucija matul din | iz-zjara, il-Ministru Buhagiar iddiskuta progetti futuri li l-Kunsill qed jippjana fosthom 'multi-storey car park'. Huwa qal li lest jaghti l-ghajnuna tieghu fi progetti ta' dan it-tip u f'xoghol infrastrutturali ta' toroq u ta' hazna ta' l-ilma. |
| Is-Sindku ta' Santa Lucija, is-Sur Fredrick Cutajar, qal li l-gnien | Ciniz se jigbed hafna vizitaturi lejn il-lokalita' ta' Santa Lucija u ghalhekk il-Kunsill ghandu pjani serji biex jilqa' ghall-bzonnijiet li din l-attrazzjoni futura ser iggib lill-komunita' zghira ta' Santa Lucija. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901