Interruzzjoni fil-provvista ta' l-Elettriku
PR1974
21/11/1996
| Wara hidma mill-haddiema tal-Enemalta, l-provvista ta' l-elettriku | dal-ghodu regghet giet lura ghan-normal fi zmien erba' sieghat u nofs minn mindu rrizultat il-hsara. Ghall-habta tat-tlieta ta' wara nofs in-nhar izda l-provvista ta' l-elettriku regghet giet interrotta ghal darba ohra. |
| Il-kawza ta' l-interruzzjoni fil-provvista ta' l-elettriku kienet | li ghall-habta tad-disa' ta' fil-ghodu zviluppat hsara fil-'fuel pump house' tal-power station ta' Delimara. Il-pompi principali taz-zejt, kif ukoll dawk ta' l-emergenza waqfu jahdmu ghal kollox. Minhabba dan, iz-zewg boilers ta' Delimara flimkien ma mpjant iehor li jintuza biex jiggenera l-elettriku waqfu jahdmu wkoll. |
| Ghalkemm meta jigri hekk parti mis-sistema tintefa awtomatikament, | dan ma kienx bizzejjed u l-'power station' tal-Marsa ntfiet ukoll u kien hemm 'total shut down' ghax id-domanda ghall-elettriku kibret f'daqqa wisq biex tigi akkomodata mill-power station tal-Marsa. |
| Minnufih il-'gas turbines' tal-Marsa u ta' Delimara nxteghlu u | b'hekk il-provvista regghet bdiet tinghata lura wara ghoxrin minuta. L-impjant ta' li 'steam' rega beda jithaddem hekk kif regghet bdiet tinghata lura l-provvista ta' l-elettriku. Ta' min jghid li bhalissa dan il-process qieghed jerga' jsir mill-gdid. |
| L-inginiera tad-distribuzzjoni qeghdin jaghmlu dak kollu li hu | mehtieg sabiex jipprovdu l- provvista mill-aktar fis possibbli. L-inginiera tal-manutenzjoni qed jistharrgu l-kawza tal-hsara fil-'fuel pump house'. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901