Left arrow Mur Lura

Il-Ministru Charles Buhagiar jiltaqa' ma' l-Ambaxxatur Franciz ghal Malta

PR1973
Date Icon 21/11/1996
Il-Koperazzjoni Internazzjonali ghall-Immaniggjar ta' l-Ilma fuqlivell lokali se tigi diskussa waqt konferenza Euro-Mediterranja l-gimgha li gejja. Dan qalu l-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni l-Perit Charles Buhagiar waqt zjara ta' kortesija mill-Ambaxxatur Franciz, l-E.T. Patrick Amiot.
Il-Ministru Buhagiar, li laqgha l-istedina tal-Gvern Franciz, u serjattendi l-Konferenza dwar l-Immaniggjar ta' l-Ilma f'Marseille, Franza, se jaghmel diskors fuq is-sitwazzjoni f'Malta f'dan il-qasam. Huwa qal li opportunita' bhal din hija ta' importanza kbira ghal Malta li ghad ghandha bzonn ta' hafna xoghol f'dak li huwa immaniggjar u preservazzjoni ta' l-ilma.
Min-naha tieghu l-Ambaxxatur Franciz, Patrick Amiot, qal li l-ghajnunata' Franza fi progetti ta' dan it-tip u fil-qasam tal-kostruzzjoni ghandha tippromwovi relazzjonijiet tajbin bejn Malta u Franza. Huwa stieden lill-Ministru Buhagiar biex flimkien ikollhom laqghat frekwenti sabiex jintlahaq dan il-ghan u biex il-Ministru Buhagiar izur Franza f'okazzjoni ohra halli jara mill-qrib kif jitmexxew l-oqsma tax-xoghlijiet pubblici u kostruzzjoni gewwa Franza. L-Ambaxxatur Amiot kien akkumpanjat mill-Konsulent ghall-Kummerc, is-Sur Pierre Herly.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow