Left arrow Mur Lura

Pajjizna ma' jkollux futur tajjeb jekk ma ntejbux il-kwalita' f'kull qasam tax-xoghol u tal-hajja - Il-Ministru Evarist Bartolo

PR1972
Date Icon 21/11/1996
Il-Kurrikula u l-metodi edukattivi f'kull livell ta' l-iskejjeltaghna hemm bzonn isiru aktar rilevanti ghall-hajja tal-lum u ghada. Dan qalu l-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, Evarist Bartolo, meta l-bierah tkellem fl-okkazjoni tal-prezentazzjoni tat-trofew u certifikati tal-'Young Enterprise Quality Award' fir-Residenza ta' l-Universita' f'Hal Lija.
Il-Ministru Bartolo qal li bil-kliem spiss nghidu li rridu l-kwalita'izda m'ahniex lesti ninbidlu u ntejbu l-mod kif nahdmu u ngibu rwiehna b'mod li x-xoghol taghna jkun xoghol ta' kwalita'. Spiss nahdmu b'mod li l-aqwa li naghmlu bicca xoghol biex nehilsu u ma jimpurtaniex mill-kwalita'.
Il-Ministru Bartolo qal li rridu noqoghdu attenti l-hin kollu ghaxminhabba c-cokon taghna malajr nsiru medjokri ghax naccettaw standards baxxi. Pajjizna ma jkollux futur tajjeb jekk ma ntejbux il-kwalita' f'kull qasam tax-xoghol u tal-hajja. Ma nistghux nippretendu li pajjizi ohra se jinvestu f'Malta, jibaghtu t-turisti u juzaw is-servizzi finanzjarji u tat-tarznari f'pajjizna, jekk ix-xoghol taghna ma jkunx ta' l-oghla kwalita'.
Il-Ministru Evarist Bartolo fahhar l-inizjattiva tal-'Malta QualityGroup' li jorganizza l-'Young Enterprise Quality Award'.
Il-Ministru Bartolo qal li l-kwalita' ntejbuha billi jkollnaskejjel immexxija ahjar u billi l-kapijiet ikollhom l-appogg amministrattiv, klerikali, tal-manutensjoni u tat-tindif li ghandhom bzonn. Ma nistghux min-naha wahda nghallmu l-kwalita' u mbaghad ikollna skejjel b'ambjent zdingat u medjokri. Il-Ministru Bartolo qal ukoll li l-kurrikula ta' l-iskejjel ghandhom ikunu mahsuba biex it-tfal u z-zghazagh taghna mhux biss jitghallmu mill-kotba izda jitghallmu wkoll isolvu l-problemi li jiltaqghu maghhom fil-hajja. Hemm bzonn li mill-iskejjel taghna l-istudenti jitghallmu kif jorganizzaw hajjithom u jmexxu x-xoghol taghhom.
Il-Ministru Evarist Bartolo qal li hemm bzonn li f'pajjiznanitghallmu nippjanaw bil-quddiem u nharsu fit-tul waqt li nrawmu aktar kultura manigerjali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow