L-Ambaxxatur ta' l-Unjoni Ewropea jzur lill-Ministru tal-Biedja u Sajd
PR1969
21/11/1996
| Il-Ministru tal-Biedja u Sajd, l-Onor. Noel Farrugia, kellu l-ewwel | laqgha ma' l-Ambaxxatur ghall-Unjoni Ewropea, l-E.T. Dott Giorgio Boggio. F'din il-laqgha gew diskussi l-qaghda prezenti tal-biedja Maltija u l-bzonn ta' numru ta' programmi li jehtiegu investimenti godda, li hemm bzonn biex il-biedja Maltija tissahhah. |
| Matul din l-ewwel laqgha ssemmew wkoll l-opportunitajiet li jistghu | jinkisbu taht il-protokoll ezistenti bejn Malta u l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-esportazzjoni tal-patata, id-dulliegh u l-hut mill-akwakultura, taht kundizzjonijiet ta' kummerc, bejn iz-zewg nahat, aktar vantagguzi. |
| L-Ambaxxatur Boggio wera interess kbir fil-fehmiet u l-pjani | tal-Gvern Gdid ghas-setturi tal-biedja u sajd, u esprima r-rieda tieghu biex jara x'jista' jsir biex dawn l-ghanjiet jigu attwati ghall-beneficcju tal-bdiewa u s-sajjieda. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901