Left arrow Mur Lura

Zjara minn Ufficjali tal-GWU lill-Ministru Joe Mizzi

PR1954
Date Icon 20/11/1996
Ufficjali mill-Amministrazzjoni Centrali tal-General Workers' Unionimmexxija mill-President Edmond Mallia u s-Segretarju Generali, Jack Calamatta, akkumpanjati mis-Segretarji tat-Taqsima rispettiva tal-Gvern u tal-Parastatali, illum ghamlu zjara ta' kortesija lis-Sur Joe Mizzi, Ministru minghajr Portafoll fl-Ufficcju tal-Prim Ministru.
Il-Ministru Mizzi irringrazzja lill-ufficjali tal-GWU ta' l-awguritaghhom kif ukoll ta' din iz-zjara.
Il-Ministru Mizzi qal li mhemmx dubju li l-koperazzjoni li kullGvern Laburista dejjem ta' lit-trade Unions biex flimkien jaraw kif il-gid tal-haddiema jkompli jitkattar, ser titkompla tissahhah fiz-zmien li gej.
Il-Ministru accenna ghall-fatt li l-Gvern prezenti ser ikunimpenjat li jara kif idahhal charter ghas-Servizz Civili. B'hekk tissahhah l-identita tac-Civil u fl-istess waqt jigu aggornati d-drittijiet u d-dmirijiet tal-haddiema tal-Gvern. Dan zgur, qal il-Ministru, huwa qasam li l-Unions ghandhom kontribut kbir x'jaghtu.
Minn naha tieghu s-Segretarju Generali s-Sur Jack Calamatta qabelma dak li qal il-Ministru u kompla li bhal fl-imghoddi il-General Workers' Union kienet lesta li tahdem u taghti il-kontribut taghha lill-Gvern tal-gurnata.
Is-Sur Calamatta spjega li l-lum il-GWU rat li l-affarijiet aktarjimxu ghall-ahjar u jigu accetttati mill-haddiema, meta l-haddiema jinzammu infurmati kontinwament b'dak li jigi diskuss dwarhom.
Il-Ministru Mizzi fl-ahhar accertahom li l-bibien tieghu ser ikunudejjem miftuha biex fejn ihossu li minn naha tieghu jista jkun ta' ghajnuna, ma joqghodux lura li jigu jkellmuh.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow