Zjara minn Ufficjali tal-GWU lill-Ministru Joe Mizzi
PR1954
20/11/1996
| Ufficjali mill-Amministrazzjoni Centrali tal-General Workers' Union | immexxija mill-President Edmond Mallia u s-Segretarju Generali, Jack Calamatta, akkumpanjati mis-Segretarji tat-Taqsima rispettiva tal-Gvern u tal-Parastatali, illum ghamlu zjara ta' kortesija lis-Sur Joe Mizzi, Ministru minghajr Portafoll fl-Ufficcju tal-Prim Ministru. |
| Il-Ministru Mizzi irringrazzja lill-ufficjali tal-GWU ta' l-awguri | taghhom kif ukoll ta' din iz-zjara. |
| Il-Ministru Mizzi qal li mhemmx dubju li l-koperazzjoni li kull | Gvern Laburista dejjem ta' lit-trade Unions biex flimkien jaraw kif il-gid tal-haddiema jkompli jitkattar, ser titkompla tissahhah fiz-zmien li gej. |
| Il-Ministru accenna ghall-fatt li l-Gvern prezenti ser ikun | impenjat li jara kif idahhal charter ghas-Servizz Civili. B'hekk tissahhah l-identita tac-Civil u fl-istess waqt jigu aggornati d-drittijiet u d-dmirijiet tal-haddiema tal-Gvern. Dan zgur, qal il-Ministru, huwa qasam li l-Unions ghandhom kontribut kbir x'jaghtu. |
| Minn naha tieghu s-Segretarju Generali s-Sur Jack Calamatta qabel | ma dak li qal il-Ministru u kompla li bhal fl-imghoddi il-General Workers' Union kienet lesta li tahdem u taghti il-kontribut taghha lill-Gvern tal-gurnata. |
| Is-Sur Calamatta spjega li l-lum il-GWU rat li l-affarijiet aktar | jimxu ghall-ahjar u jigu accetttati mill-haddiema, meta l-haddiema jinzammu infurmati kontinwament b'dak li jigi diskuss dwarhom. |
| Il-Ministru Mizzi fl-ahhar accertahom li l-bibien tieghu ser ikunu | dejjem miftuha biex fejn ihossu li minn naha tieghu jista jkun ta' ghajnuna, ma joqghodux lura li jigu jkellmuh. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901