Prezentazzjoni ta' ktieb lill-Prim Ministru
PR1931
19/11/1996
| Il-Professur Stanley Fiorini pprezenta kopja tal-ktieb tieghu | Documentary Sources of Maltese History - Notarial Archives - Notary Giacomo Zabara lill-Prim Ministru Dr. Alfred Sant. Il-prezentazzjoni saret f'Kastilja u ghaliha attendew ukoll ir-Rettur ta' l-Universita', il-Professur Roger Ellul Micallef, il-Professur Patrick J. Schembri u l-pubblikatur is-Sur Toni Cortis. Il-ktieb huwa mahrug mill-Universita' ta' Malta. |
| F'diskussjoni li saret wara, il-Prim Ministru fahhar ix-xoghol | tal-Professur Fiorini u fisser il-fehma tieghu li kotba simili ghandhom imorru barra minn xtutna, fl-Ewropa u fl-Istati Uniti fejn ikunu jistghu jaghtu kontribut lill-istudju serju u profond ta' l-istorja. Il-Professur Fiorini fisser xi metodi li juza fir-ricerka tieghu u semma xi kotba li qieghed jahdem fuqhom. Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant heggu hafna biex jibqa' miexi fuq dan ix-xoghol u jippubblikahom fil-gejjieni qrib. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901