Left arrow Mur Lura

Il-Ministru ta' l-Industrija jiltaqa' mal-Kamra tal-Kummerc

PR1927
Date Icon 18/11/1996
Il-Ministru ta' l-Industrija, l-Onor. John Attard Montalto,dal-ghodu ltaqa' ma' rapprezentanti tal-Kamra tal-Kummerc fil-bini tal-Borza.
F'diskors li ghamel, il-Ministru qal li fil-passat, il-posizzjonigeografika strategika ta' Malta intuzat primarjament ghal skopijiet militari. Fit-tieni lok, intuzat ghall-izvilupp ta' rabtiet kummercjali u industrijali. Ghalhekk illum ghandna nisfruttaw il-pozizzjoni geografika taghna sabiex insahhu r-rabtiet kummercjali u nzidu l-investiment fl-industrija, primarjament bis-sahha ta' din il-pozizzjoni.
Fil-passat saret emfazi fuq oqsma differenti ta' l-ekonomija ta'pajjizna. Fi zmien l-emfazi kienet qed issir fuq l-industrija u ricentement kienet qed issir emfazi kbira fuq is-servizzi. Madankollu l-istorja tghallimna kemm hu hazin li ma jkunx hemm bilanc. Il-Gvern prezenti qieghed jara li s-setturi kollha jinghataw l-importanza xierqa. Dan jidher car fl-ghazla tal-Ministeri, fejn hemm Ministeru ghall-Kummerc, Ministeru ghat-Turizmu, u iehor ghall-Industrija. Ghalhekk ser jinholoq bilanc billi l-manifattura tinghata importanza daqs is-servizzi.
Il-Ministru semma li l-Gvern gie kkritikat ghax inghad li l-politikatieghu vis-a-vis l-Unjoni Ewropea (UE) mhix cara. Huwa sostna li huwa car li dak li hu tajjeb ghal pajjizna fir-relazzjoni ta' Malta ma' l-UE ser jibqa' izda dak li mhux tajjeb ghalina jew li huwa kontra l-Kostituzzjoni ma huwiex accettabbli. Huwa emfasizza li fil-qasam industrijali sejrin nersqu lejn l-UE kemm jista' jkun u sostna li Mediterran newtrali huwa tajjeb mhux biss ghalina izda ghall-UE wkoll.
Il-Ministru stqarr li l-fatt li huwa zar lill-Kamra tal-Kummerc umhux vice versa ghandu jittiehed bhala simbolu ta' kemm huwa qieghed jiehu interess personalment fix-xoghol u fil-veduti tad-diversi korpi kostitwiti.
Huwa rrepeta dak li qal f'diversi okkazjonijiet li Malta huwapajjiz zghir wisq biex jinqasam u zied li l-poplu Malti huwa r-ruh tal-pajjiz. Il-mod demokratiku u denju ta' kif saret it-transizzjoni, u kif il-Gvern gdid mexa ma' kull min ghandu x'jikkontribwixxi lill-pajjiz jemfasizzaw il-principju ta' kontinwità u business as usual. L-industrijalist irid din il-kontinwità u serhan il-mohh sabiex ikun jista' jopera l-intrapriza tieghu.
Meta rrefera ghar-rapport tal-konsulenti Ramboll, il-Ministruinnota li dan ir-rapport jolqot diversi oqsma. "Ghandna nassorbu dak li hemm fih u dak li nhossu li ghandu jsir ghall-gid tal-pajjiz inwettquh", temm jghid il-Ministru Attard Montalto.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow