Left arrow Mur Lura

Pjan fit-tul ghat-Turizmu f'Malta

PR1926
Date Icon 18/11/1996
Il-Ministru tat-Turizmu, il-Perit Karmenu Vella, kellu laqgha mal-MaltaHotels and Restaurants Association.
Il-Ministru Vella filwaqt li sahaq li din il-laqgha kellha titqiesbhala kontinwazzjoni ta' sensiela ta' laqghat li bdew qabel l-Elezzjonijiet Generali, spjega l-politika tal-Gvern ghall-qasam turistiku. B'mod partikulari huwa tkellem dwar l-importanza tad-decizjoni tal-Gvern li jwaqqaf Ministeru ghat-Turizmu, dwar it-tnehhija tal-Vat kif ukoll dwar ir-rwol tas-settur privat fil-qasam turistiku, l-aktar f'dak li ghandu x'jaqsam ma tfassil ta' pjan turistiku fit-tul inkluz it-tishih tal-fergha tal-Product Development kif ukoll dik tar-Rizorsi Umani.
Huwa spjega li l-affarijiet tajbin li saru f'dan is-settur ghandhomjissahhu u jkomplu jitjiebu biex b'hekk nghollu l-kwalita tal-prodott li jkun jitqies wiehed li qed jirrendi valur ghall-prezz, u fl-istess waqt jsiru sforzi akbar ta' marketing indirizzati lejn it-turist ta' klassi medja.
Il-Ministru Vella tenna l-bzonn li d-diversi assocjazzjonijietkonnessi mat-turizmu f'pajjizna jippruvaw joholqu dixxiplina fost il-membri taghhom sabiex huma stess ikunu strumentali biex uhud li jabbuzaw ma jkomplux jaghmlu hsara lill-qasam hekk vitali ghall-ekonomija taghna bhal ma huwa dak turistiku.
Filwaqt li wieghed li l-Gvern se jaghmel il-parti tieghu biexisahhah l-infrastruttura, huwa heggeg lis-settur privat sabiex ikompli jistinka sabiex itejjeb il-prodott u jgholli l-livell. Huwa qal ukoll li forsi wasal iz-zmien li s-settur privat jibda jindirizza l-investiment tieghu mhux biss f'bini ta' lukandi, izda fi progetti ohra li jsahhu s-settur turistiku.
Iz-zewg nahat ftehemu li jkomplu jiltaqghu fuq bazi regolari u lijikkoperaw bis-shih fit-tfassil ta' pjan fit-tul ghas-settur turistiku.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow